Il-Ministeru tal-Finanzi jwiegeb lill-Onor. Leo Brincat
PR1447
24/09/1999
B'referenza ghall-istqarrija li hareg l-Onorevoli Leo Brincat il-bierah, il-Ministeru tal-Finanzi jghid li:
- Hija zbaljata ghal kollox l-allegazzjoni ta' l-Onor. Brincat li l-Gvern qed jippjana li jdahhal Lm100 miljun f'taxxi godda sas-sena 2004. Jidher li l-Onor Brincat qara hazin tabella Nru. 6 tal-Consolidated Account Structure – Trends and Projections, li hareg mal-Budget li ghadda.
- Cifri ppubblikati sena sena f'din it-tabella huma cifri kumulattivi u ghalhekk din it-tabella turi li d-dhul tal-Gvern sal-2004 huwa ippjanat li jkun ta' Lm21 miljun minn taxxi godda, Lm37 miljun minn tishih ta' l-infurzar tal-ligijiet u Lm136 miljun minn tkabbir ta' l-ekonomija.
- Dwar iz-zjarat li qed jaghmel il-Ministru, dawn qed jigu ppjanati biex jaghtu perspettiva shiha tal-politika futura ghal-pajjizna.
- It-time table tat-tnehhija tal-kontroll tal-kambju giet determinata minn pariri tal-Bank Centrali.
- Sa Awwissu n-nefqa rikorrenti tal-Gvern kienet ta' Lm387 miljun kontra Budget ta' Lm600 miljun. Ta min wiehed jistaqsi kif l-Onorevoli Brincat jifhem li 387 miljun lira huma aktar minn 600 miljun lira.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN