Stqarrija mill-Onor. Ninu Zammit, Ministru ghall-Biedja u Sajd, dwar l-esportazzjoni tal-hxejjex fi zmien il-Gvern precedenti
Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd qatt ma hu ser izomm lil xi grupp jew assoccjazzjoni ta' bdiewa milli jesportaw prodotti agrikoli sakemm l-istess esportazzjoni ma taghmilx reklam hazin lill-prodott Malti u sakemm l-istess esportazzjoni ma tkunx ser tispicca xi piz finanzjarju fuq il-poplu.
Dan qed nghidu b'risposta ghal hekk imsejha petizzjoni allegament maghmula minn ftit inqas minn nofs tal-bdiewa li fi zmien l-Amministrazzjoni Laburista ghamlu esportazzjoni ta' hxejjex lejn l-Ingilterra, liema esportazzjoni kienet falliment totali kemmm mil-lat ta' reklam, kemm mil-lat ta' kwantit'?, u kif ukoll mil-lat finanzjarju.
Irrid infakkar li parti mill-imsemmija esportazzjoni kienet saret f'kaxxi bil-logo tal-linja nazzjonali Air Malta. Min kien involut f'dan il-bejgh sahansitra kien wissa dwar il-hsara u l-fama hazina li kienu qed jinghataw lill-prodott Malti minhabba l-operat fjakk u minhabba l-immaniggjar ta' kafkaf fl-istess esportazzjoni. Dan peress li la kien jezisti grading adekwat u lanqas prezentazzjoni xierqa tal-prodott.
Minbarra dan kollu, l-istess esportazzjoni kienet falliment u fjask finanzjarju tant, li l-Onorevoli Noel Farrugia, dakinhar Ministru, kellu jzomm milli jithallsu mat-Lm13,500 dovuti lill-bdiewa li kienu esportaw patata lejn l-Olanda, kif ukoll somma ohra ta' Lm8,000 minn fond allokat ghall-ghajnuna finanzjarja lill-bdiewa, u dan kollu biex b'xi mod itaffi xi ftit il-fjask finanzjarju li kien twettaq!
B'kuntrast ma dan, il-Gvern prezenti qieghed jghin b'kull mezz biex il-prodottt Malti jsib u jkompli jsahhah in-nicca tieghu fis-suq Ewropew. Dan l-impenn ghaqli tal-Gvern prezenti huwa kkonfermat bil-fatti u b'mod konkret permezz tal-prezz rekord ta' Lm14.20,0 kull qantar li rcevew il-bdiewa ghall-esportazzjoni tal-patata Sante' fl-istagun ta' din is-sena, fatt li jafuh il-bdiewa kollha ta' pajjizna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN