Il-Ministru Josef Bonnici iwiegeb artiklu u editorjal ta' Kullhadd dwar ix-xiri taz-zejt
B'referenza ghall-artikolu u l-editorjal fil-Gazzetta Kullhadd tad-19 ta' Settembru 1999.
"Bil-kuntratt li kien ghamel ghax-xiri taz-zejt bil-quddiem, il-Partit Laburista fil-Gvern, sa llum akkumula telf ta' $10 miljun. Dawn huma l-fatti li juru bl-aktar mod car kemm il-Gvern ta' Alfred Sant kien irresponsabbli meta dahal ghal irbit fit-tul dwar ix-xiri taz-zejt. Din hi spekulazzjoni li la l-esperti barranin u l-anqas ufficjali gholja ta' l-Enemalta ma kienu favurha. Imma ghal ragunijiet li ghadhom mistura, ic-Chairman precedenti insista li jsir dan l-irbit fit-tul fil-prezz taz-zejt.
"F'Novembru ta' l-1998, ic-Chairman ta' dak iz-zmien ipprova jipperswadini biex l-Enemalta tidhol ghall-irbit fil-prezz taz-zejt ghas-sena 2000, anki qabel ma beda il-kuntratt ta' l-1999. Jien tlabtu jinfurmani x'kienet il-pozizzjoni dwar il-kuntratt tax-xiri taz-zejt ghall-1998. L-informazzjoni li inghatajt kienet li sa Novembru 1998, l-Enemalta kienet sofriet telf kull xahar mill-kuntratti tax-xiri taz-zejt bil-quddiem, u fil-fatt ic-cifra ta' telf sa dak in-nhar telghet ghal kwazi $8 miljun. Dan kien rizultat disastruz u zgur li hadd f'sensieh ma seta' jiehu decizjoni li twassal ghal telf simili. L-ebda Gvern mill-Indipendenza 'l hawn ma kien dahal ghax-xiri ta' zejt daqshekk bil-quddiem, b'rizultat li faqqar lill-poplu Malti b'ammonti daqshekk kbar. Il-prassi kienet li z-zejt jinxtara ghal perjodi iqsar biex tigi evitata spekulazzjoni li facilment tista' ddahhal lill-pajjiz fi spejjez kbar ta' miljuni ta' liri, kif gara taht il-Gvern ta' Alfred Sant.
"Tajjeb jinghad li ghalkemm aktar minn gimgha ilu l-Enemalta kitbet lill-"Kull Hadd" li ma kienx minnu li fi Frar tatni parir biex jinxtara z-zejt bil-quddiem, l-istess gurnal lanqas biss kellu d-dicenza jippubblika din l-ittra. Ghall-kuntrarju l-"Kull Hadd" baqa' jallega li jiena nghatajt parir bil-kontra u anke ipprova jibni x'kien jigri kieku jien lghabt bi flus il-poplu b'dan il-mod bis-sena d-diehla l-prezz taz-zejt jibqa' kif inhu. L-artiklu u l-editorjal, ibbazati fuq hrejjef u suppozizzjonijiet, inbnew fuq allegazzjonijiet li jaghtu wiehed x'jifhem li l-Partit Laburista huwa favur spekulazzjoni ta' din it-tip, li anke wara li l-prezz taz-zejt ghola, ghadna $10 miljun minn taht.
"Fiz-zmien meta l-prezz taz-zejt jinbidel spiss, zgur mhux ghaqli li wiehed jintrabat fit-tul. Wara 14-il xahar ta' telf kontinwu, fejn kull xahar l-Enemalta kienet qed tixtri z-zejt bil-prezz tas-suq, imbaghad thallas lill-kumpanija finanzjarja somma konsiderevoli ghax il-prezz miftiehem kien oghla mill-prezz tas-suq, jien kont nistenna li l-Partit Laburista kien se jkun aktar kawt fil-kritika tieghu. Dan mhux il-kaz. Permezz ta' l-editorjal tal-gurnal ufficjali tal-MLP qed jghattu l-passat b'hafna spekulazzjonijiet u gideb sfaccat. Huwa genn li wiehed jorbot il-prezz taz-zejt, forsi l-iktar rizors li jaffettwa kull aspett tal-hajja taghna, ghall-tul ta' zmien bil-quddiem – specjalment f'cirkostanzi dejjem jinbidlu.
"Zgur li ma hemm xejn li jhammarli wicci meta rrifjutajt parir nej li nghatajt f' Novembru ta' l-1998 mic-Chairman precedenti biex Malta tintrabat ghax-xiri ta' zejt b'iktar minn sentejn bil-quddiem. Nistaqsi: ghaliex il-"Kull Hadd" qed jiehu atteggjament li jmur kontra s-sens komun f'materja li anki sa llum ghadna qed insofru telf ta' miljuni kbar minn irbit dwar il-prezz taz-zejt daqshekk fit-tul?"
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN