Il-Ministru ghal Ghawdex lura minn zjara fil-Kanada u fl-Istati Uniti
Il-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono, waslet lura Malta minn zjara f'Toronto il-Kanada u Detroit u New York fl-Istati Uniti fejn kienet milqugha minn mijiet ta' emigranti Maltin u Ghawdxin. Il-Ministru kienet akkumpanjata mir-ragel taghha u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghal Ghawdex.
Fil-fatt il-Ministru Debono, kellha laqghat mad-diversi ghaqdiet tal-Maltin u Ghawdxin. F'dawn il-laqghat il-Ministru fissret u ddiskutiet il-politika prezenti tal-Gvern Malti f'oqsma li huma ta' interess ghall-emigranti li min-naha taghhom laqghu tajjeb hafna d-dispozizzjonijiet li huma mahsuba fl-Abbozz ta' Ligi dwar ic-cittadinanza doppja.
Il-Ministru Debono ltaqghet ukoll ma' imprendituri Maltin u Ghawdxin u stharrget maghhom il-possibilta' ta' investiment fil-gzejjer Maltin. Hija zaret ukoll diversi fabbriki u postijiet ohra tax-xoghol li huma proprjeta' ta' emigranti Maltin. F'Toronto hija qieghdet l-ewwel gebla ta' fabbrika kbira tal-kumpanija Upwardor, kumpanija li timmanifattura l-bibien u li hija l-proprjeta' tas-Sur Tony Aquilina u martu Maria, it-tnejn minn Ghawdex.
Il-Ministru Debono stharrget ukoll il-possibilta' li bil-koperazzjoni u bl-ghajnuna tal-Gozo Club ta' Toronto jitwaqqaf data base tal-Ghawdxin fil-Kanada biex tkun tista' tissahhah iktar ir-rabta ta' l-emigranti u wliedhom ma' gziret twelidhom. Din id-data base tista' tkun estiza ghall-emigranti Ghawdxin f'pajjizi ohra barranin.
Il-Ministru ghal Ghawdex kellha ukoll tahditiet dwar ghajnuna li Organizzazzjonijiet mhux Governattivi Ghawdxin jistghu jiksbu minn ghaqdiet filantropici barranin.
F'Toronto, il-Ministru Debono kienet il-mistiedna ta' l-unur ghal riceviment li sar biex jitfakkar Jum l-Indipendenza. F'din l-okkazjoni il-Ministru iltaqghet ma' diversi rapprezentanti ta' pajjizi barranin kif ukoll ma' emigranti ohra Maltin ta' diversi professjonijiet.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN