Aktar infurzar ta' ligijiet ezistenti dwar il-kacca u l-indafa pubblika
Il-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, il-bierah filghaxija ippresieda laqgħa ma' uffiċjali għolja tal-Pulizija u tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent bl-iskop li jiżdied l-infurzar tal-li'ijiet eżistenti dwar il-kaċċa u l-indafa fil-pajjiż. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll uffiċjali tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti u ta' Birdlife Malta.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li kemm fir-rigward tal-kaċċa kif ukoll fir-rigward ta' l-indafa tal-pajjiż jeżistu regoli li jridu jkunu rispettati. Min-naħa tiegħu, il-Gvern għandu l-obbligu li jassigura li l-poplu jimxi ma' dawn ir-regoli kemm billi jedukah biex isir aktar konxju minnhom, kif ukoll permezz ta' azzjoni ta' infurzar ta' dawn ir-regoli.
Dwar il-kaċċa, hu qal li filwaqt li l-kaċċaturi għandhom id-dritt li jipprattikaw id-delizzju tagħhom, m'għandhomx id-dritt li jiksru l-li'ijiet li, fost l-oħrajn, iħarsu lil dawk l-għasafar protetti, kif ukoll iħarsu drittijiet li għandu l-pubbliku in 'enerali, fosthom dak li jgawdi l-ambjent sabiħ li toffri l-kampanja.
Ir-regolamenti eżistenti li jirrigwardaw il-kaċċa jinkludu:
• il-kaċċa fuq l-art tista' ssir bejn il-25 ta' Marzu u t-22 ta' Mejju u bejn l-1 ta' Settembru u l-31 ta' Jannar, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa sagħtejn wara nżul ix-xemx ;
• fil-hdud u l-btajjel pubbliċi, il-kaċċa tista' ssir biss sas-siegħa ta' wara nofs in-nhar;
• ma tista' ssir l-ebda kaċċa f'riservi naturali;
• il-kaċċa fuq il-baħar tista' ssir biss bejn l- 1 ta' Ottubru u l-aħħar ta' Frar, tliet kilometri barra mill-kosta.
Il-Ministru Zammit Dimech esprima s-sodisfazzjon li kemm il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti kif ukoll il-Birdlife Malta jaqblu li għandu jkun hemm l-akbar infurzar tal-li'ijiet u regolamenti eżistenti li, filwaqt li jirrispettaw il-kaċċa bħala parti integrali mit-tradizzjonijiet Maltin, jagħtu linja ċara kif dan id-delizzju għandu jkun prattikat.
Dwar l-indafa, il-Ministru Zammit Dimech semma l-isforzi li qed isiru mill-Gvern biex tingħata spinta lill-indafa fil-pajjiż u qal li l-poplu għandu jkollu sens ta' dover billi mill-għatba 'l barra jimxi bl-istess atte''jament li jimxi bih mill-għatba 'l 'ewwa.
Hu fakkar li l-li'i eżistenti tinkludi pieni li jvarjaw minn Lm5 għal Lm1,000 kif ukoll il-konfiska tal-vettura, f'każ li tintuża biex jintrema skart b'mod illegali, għal perijodu ta' bejn xahrejn u sena u s-sospensjoni għall-istess perijodu tal-liċenza tas-sewqan.
Il-Ministru Zammit Dimech enfasizza li skond il-li'i, ħadd ma jista' jarmi jew jitfa' żibel jew skart f'post pubbliku.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN