Left arrow Go Back

Sussidju ghal min juza kontrolli naturali biologici ta' l-insetti tal-mard fil-Biedja

PR1394
Date Icon 14/09/1999

Il-protezzjoni ta' l-ambjent u tas-sahha tal-poplu hija prijorit'? qawwija ghal Ministeru ta' l-Agrikultura, u hija wahda mill-iktar konsiderazzjonijiet importanti li taghti l-Unjoni Ewropea fil-kontroll ta' l-uzu tal-pesticidi fuq l-ucuh tar-raba'. Ghal dan il-ghan tfasslet ligi msejjha Att dwar il-Kontroll tal-Pesticidi li diga tressqet ghall-ewwel qari fil-Parlament.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, waqt li kien qieghed iqassam cekkijiet ta' sussidju lil bdiewa li wzaw mezzi naturali ta' kontroll permezz ta' insetti ohrajn li jeqirdu lil dawk l-insetti li jaghmlu l-hsara. Il-Ministru fisser li b'hekk il-bdiewa juzaw l-iktar mod semplici u naturali ghal-produzzjoni ta' l-ucuh, partikolarment fis-serer, u jitnaqqas it-tniggiz, nharsu sahhitna u jitwassal prodott ahjar fis-suq. Huwa ghal dawn l-ghanijiet, spjega l-Ministru Zammit, illi jinghata sussidju ta' nofs l-ispejjez li jsiru biex jinxtraw dawn l-insetti ghas-sistema msejjha "Integrated Pest Management", sistema bijologika ta' kontroll fuq l-insetti.

Il-Ministru Zammit qal li din is-sena kien hemm numru ta' bdiewa li hadu l-opportunit'? u hadmu b'dawn l-insetti, u ghalhekk huwa habbar li din l-offerta ta' sussidju ser tkun estiza wkoll ghall-istagun li gej. Huwa heggeg lil dawk il-bdiewa interessati biex jaghmlu l-ahjar uzu minn din l-iskema u jiehdu l-opportunit'? biex jiffrankaw mill-uzu tal-bexx. L-uzu ta' dawn l-insetti ilu jsir f'pajjizi ohrajn, fejn huma zviluppati iktar fil-biedja ghal hafna snin, u nstab li huma effettivi hafna kontra certa mard bhal ma hija l-white fly, leaf minor, thrips u aphids.

Il-Ministru Zammit ghalaq billi sostna kemm huwa importanti li s-settur tal-biedja jkompli jizviluppa u jiggedded sabiex jilhaq l-oghla livelli ta' efficjenza u kwalit'? ta' prodott. Dan huwa importanti li jsir fl-ahjar interessi ta' l-industrija tal-biedja u tal-konsumatur Malti. Shubija fl-Ewropa tiftah opportunitajiet li permezz taghhom il-bdiewa taghna jistghu jitghallmu u jsiru iktar kompetittivi. Huwa proprju dan li wiehed ghandu jqis meta jitkellem dwar l-Ewropa. Il-bidwi Malti huwa kapaci jitghallem u jahdem daqs, jekk mhux iktar minn dak Ewropew, u ghalhekk m'ghandux ghalfejn ihalli min jipprova jbezzghu jew jaqtalu qalbu, temm jghid il-Ministru Zammit.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow