Prezentazzjoni ta' Ktieb dwar l-Orgnijiet Antiki f'Malta u Ghawdex lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni
Nhar il-Ġimgħa, 10 ta' Settembru 1999, Dott. Hugo Agius Muscat u Dott. Luciano Buono ippreżentaw kopja tal-ktieb 'did tagħhom ‘ Old Organs in Malta and Gozo' lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea, fl-uffċċju tiegħu, il-Furjana.
Dan il-ktieb, li fih 280 faċċata u 'l fuq minn 200 ritratt, jikkonsisti f''abra ta' studji, kemm dwar l-orgnijiet mekkaniċi li jinstabu fil-knejjes u l-mużewijiet f' Malta u Għawdex, kif ukoll dwar l-istorja tal-kostruzzjoni ta' l-orgnijiet fil-Gżejjer Maltin, l-izjed mis-seklu 17 sas-seklu 19.
Minbarra katalogu dettaljat ta' l-orgnijiet antiki kollha li għadhom jezistu, il-ktieb fiħ studji ta' Patri Ġorg Aquilina, Dun Ġwann Azzopardi, Keith Sciberras u d-Dott.ssa Giusy Larina` dwar aspetti differenti ta' l-istorja ta' l-orgnijiet, inkluz transkrizzjonijiet ta' numru kbir ta' dokumenti originali li qegħdin ji'u ppublikati għall-ewwel darba. Il-ktieb 'ie finanzjat mis-Sezzjoni Kultura Nisranija ta' l-Arċidjoċesi ta' Malta, bl-għajnuna ta' sponsorship mill-APS Bank, u 'ie prodott fil-Media Centre.
F'diskors qasir ta' l-okkażjoni, il-Ministru Galea, tkellem dwar l-importanza tal-patrimonju Malti, u faħħar l-inizjattiva ta' l-istudjużi kollha involuti, li b'riżultat ta' ħidmiethom il-pubbliku issa għandu aċċess ghal dokumentazzjoni dettaljata fuq diversi aspetti ta' dan il-patrimonju.
Dr. Galea saħaq fuq l-importanza li dan il-wirt jitħares mhux biss passivament, imma attivament permezz ta' restawr għaqli. Huwa tkellem dwar ir-rwol li jista' jwettaq iċ-Ċentru Nazzjonali tar-Restawr f'dan ir-rigward, waqt li rrikonoxxa l-importanza ta' kollaborazzjoni mill-qrib ma' esperti barranin f'dan il-qasam.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN