Left arrow Go Back

Se titnehha c-Cumnija ta' l-Isptar San Luqa

PR1368
Date Icon 10/09/1999

F'laqgha li saret bejn il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, u l-oghla ufficjali tad-Divizjoni tas-Sahha, gie deciz li fil-jiem li gejjien johrog tender sabiex jinxtara apparat tal-microwave biex jiehu post l-incineratur u c-cumnija ta' l-Isptar San Luqa.

Waqt konferenza organizzata mill-Kunsilli Lokali tal-Hamrun, Pieta`, Msida, Ta' Xbiex, Gzira u Santa Venera f'Dicembru li ghadda, dwar it-tniggiz fl-arja, il-Ministru Deguara kien wieghed li jekk sa l-ahhar ta' Gunju ma jintlahaqx ftehim dwar incineratur centrali li kien hemm il-hsieb li jsir bejn il-Ministeru ta' l-Ambjent, id-Divizjoni tas-Sahha u l-Malta International Airport, id-Divizjoni tas-Sahha kienet ser tfittex toroq alternattivi. Fil-gimghat li ghaddew, delegazzjoni mid-Divizjoni tas-Sahha zaret l-Ingilterra, fejn rat apparat li jintuza permezz tal-microwave li jeqred il-mikrobi fuq l-iskart ta' l-isptarijiet, filwaqt li ma johloqx tniggiz.

Konformi mal-weghda li kien ghamel il-Ministru Deguara, il-bierah gie deciz li jinxtara dan l-apparat biex, wara li jinhargu l-permessi necessarji mill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, ikun installat fil-post fejn illum hemm l-inceneratur u c-cumnija ta' l-Isptar San Luqa. Din id-decizjoni ser iggib fit-tmien diversi kontroversji li kienu jqumu minn zmien ghal zmien dwar tniggiz kawzat mic-cumnija ta' l-Isptar San Luqa, kif ukoll dwar jekk l-incineratur ta' l-Isptar San Luqa kienx efficjenti bizzejjed.

L-apparat jahdem billi permezz ta' grinders ikisser l-iskart f'bicciet zghar biex b'hekk ikun jista' jigi sterilizzat f'temperaturi baxxi. L-iskart imkisser jghaddi minn kompartiment li jkun fih il-microwavesbiex b'hekk ikun eliminat kull mikrobu li jista' jkun prezenti. Il-volum ta' l-iskart permezz ta' din is-sistema jitnaqqas bi 80%.

L-apparat jista' jitharrek minn post ghall-iehor bi ftit spejjez f'kaz li jkun hemm bzonn, jew inkella biex jittiehed fl-isptar il-gdid meta dan jitlesta.

F'kummenti li ta wara li ttiehdet din id-decizjoni, il-Ministru Deguara qal li d-Divizjoni tas-Sahha mhux bil-kliem biss ghandha tkun il-promotur tas-sahha f'pajjizna, imma ghandha tkun hi li taghti l-ewwel ezempju biex l-iskart ikun aktar igjeniku u minghajr periklu ghas-sahha. Louis Deguara qal li din id-decizjoni hi konferma ohra li dak li jitwieghed jitwettaq bil-fatti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow