Left arrow Go Back

Id-Dipartiment tal-V.A.T. jirrispondi lil GRTU dwar 'Stock Refunds'

PR1333
Date Icon 02/09/1999

B'referenza għar-rapport li deher fil-pubblikazzjoni ta' kull ħmistax tal-General Retailers and Traders Union, Newstring tas-27 ta' Awissu 1999, bit-titlu StockRefunds: GRTU Ready For Actions, liema rapport deher ukoll f'xi 'urnali lokali, id-Dipartiment tal-VAT jixtieq jinforma lill-pubbliku b'dan li 'ej:

1. Is-sitwazzjoni li pprova jpen'i dan ir-rapport hija għal kollox falza. Ma jeżisti ebda dewmien fil-ħlas lura tat-Taxxa tas-Sisa fuq ħażniet kummerċjali li kienu miżmuma minn persuni re'istrati fil-31 ta' Diċembru 1998.

2. L-applikazzjonijiet għar-refunds ibbażati fuq formola miftehma minn qabel bejn id-Dipartiment u l-Korpi Kostitwiti, magħrufa bħala l-fast track, inħadmu kollha u l-ħlas sar kollu sax-xahar ta' April 1999 kif kien miftiehem. L-applikazzjonijiet taħt din l-iskema riedu jaslu fid-Dipartiment sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Marzu 1999. Saru b'kollox 3,067 applikazzjoni u t-talba għal refunds kienet tlaħħaq għall-madwar Lm3.4 miljuni. Minn dawn kien hemm biss 38 applikazzjoni li ma kienux dovuti u għaldaqstant ma setgħux jitħallsu.

3. Skema oħra li qed iħaddem id-Dipartiment hija bbażata fuq l-istock take. Taħt din l-iskema kien hemm b'kollox 2,877 applikazzjoni li kellhom jaslu d-Dipartiment sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1999. 1,920 minnhom daħlu fix-xahar ta' Ġunju, l-ma''oranza tagħhom fl-aħħar jumejn.

4. L-applikazzjonijiet li waslu d-Dipartiment fix-xhur ta' qabel, jigifieri bejn Frar u Mejju, kellhom jithallsu sa tliet xhur wara x-xahar li kienu dahlu. Minn dawn kien hemm b'kollox 957 li minnhom 588 thallsu diga', fiz-zmien stipulat, is-somma ta' 'l fuq minn Lm2.0 miljuni. 322 applikazzjoni ohra qed jigu nvestigati minn ufficjali tad-Dipartiment jew minn awdituri professjonali.

5. Mill-investigazzjonijiet li saru sa issa irrizulta li kien hemm 47 applikazzjoni li ma gewx accettati minhabba li ma kienux konformi mal-ligi. L-ammont li kien mitlub minn dawn l-applikazzjonijiet kien kwazi ta' nofs miljun lira (Lm0.5M). Kien hemm kazi fejn instab li l-applikant involut kien ukoll ghamel dikjarazzjoni ta' taxxa inqas milli suppost fis-snin ta' qabel. F'dawn il-kazi d-Dipartiment qed jiehu l-passi kollha li tippermetti l-ligi biex din it-taxxa dovuta tingabar.

6. Skond il-ligi, l-1,920 applikazzjoni li dahlu f'Gunju taħt l-iskema ta' l-istock take ghandhom jithallsu sa' l-ahhar ta' Settembru 1999. Minnhom fil-fatt gew processati 500 applikazzjoni li l-hlas taghhom diga' gie awtorizzat. Hu ppjanat li madwar 500 mitt applikazzjoni ohra ser jithallsu sa nofs ix-xahar, dejjem fiz-zmien li tippermetti l-ligi.

7. Il-kumplament ta' l-applikazzjonijiet, madwar 900 b'kollox, qed jigu investigati u l-hlas taghhom isir immedjatament hekk kif l-applikazzjoni tinstab li tkun gustifikata. Fejn applikazzjoni tinstab li tkun gustifikata izda minhabba l-investigazzjoni li tkun saret ikun hemm xi dewmien fil-hlas, id-Dipartiment huwa marbut bil-ligi li jhallas interessi ta' 1% fuq il-hlas dovut ghal kull xahar dewmien. Tant ma kienx hemm dewmien fil-hlas ta' l-applikazzjonijiet, li l-ammont ta' interessi li kellu jhallas d-Dipartiment sa issa ma jaqbizx Lm1,400.

8. Mill-banda l-ohra, fejn l-applikazzjoni tinstab li ma tkunx gustifikata skond il-ligi, il-hlas mitlub ma jinghatax. F'kaz bhal dan l-applikant qed ikun avzat bil-miktub mill-ewwel dwar id-decizjoni tad-Dipartiment biex jekk ikun irid l-applikant ikun jista' jiehu l-passi li jidhirlu xierqa skond kif tippermettilu l-ligi.

9. Id-Dipartiment jaghmilha cara li ser ikompli jezamina bir-reqqa kull applikazzjoni li dahlet u li mhux bi hsiebu jieqaf mill-investigazzjonijiet li qed jaghmel kull fejn ikun mehtieg, u dan minkejja kull pressjoni li tista' issirlu minn partijiet interessati. Dawn l-investigazzjonijiet ser jibqghu ghaddejjin ghal kwalunkwe tul taz-zmien mehtieg sakemm kemm jista' jkun ikun zgurat li l-hlas li jinghata jkun gustifikat 

10. Id-Dipartiment ifakkar li kull taxxa tal-VAT dovuta ghandha tithallas kollha mad-denunzja tat-taxxa fiz-zmien stipulat mill-ligi. Fin-nuqqas ta' dan id-Dipartiment ikun kostrett li jiehu l-passi kollha li tippermettilu l-ligi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow