Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni jkompli fil-kampanja tieghu ta' mizinformazzjoni dwar l-U.E.
Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni Alfred Sant, f'diskors li għamel il-bieraħ kompla bil-kampanja ta' miżinformazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-għan li jiżvija l-opinjoni pubblika dwar dan is-su''ett.
Il-Gvern jiċħad kategorikament li qed jinħema xi pjan biex jitnaqqsu n-n'?s minn mal-Gvern.
Il-pjanij'?t tal-Gvern huma magħrufa. Il-Gvern ser ikompli bil-programmi t'?għu b'?x tiżd'?d il-kompetenza, l-effiċjenza u l-effettivita` tas-Settur Pubbliku u dan kollu qed isir kif k'?n imw'?għed fil-Programm Elettorali.
It-titjib fis-Servizz Pubbliku hu meħtie' m'hux għax Malta għandha applikazzjoni biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, iżda meħtie' fl-interess tal-poplu. Il-programm ta' titjib fis-Servizz Pubbliku ma jinkludix pjan biex jitkeċċew ħaddiema minn mal-Gvern.
Ma saret ebda talba mill-Unjoni Ewropea: la fl-avis, la fil-proċess ta' screening u lanqas f'xi stadju ieħor biex il-Gvern ikeċċi xi ħaddiema impjegati miegħu.
Rigward il-kummenti t'Alfred Sant dwar il-protezzjoni fl-għoti ta' kuntratti tal-Gvern, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jer'a' jibdel l-imma'inazzjoni tiegħu mal-fatti.
Fl-1981, fi żmien Gvern Soċjalista, kienet iddaħlet il-miżura protettiva li kienet i''iegħel lill-Gvern jixtri mingħand kuntrattur Malti anke jekk l-offerta tiegħu lill-Gvern tkun s'għaxra fil-mija għola minn xi offerta minn kuntrattur barrani. Din il-miżura tneħħiet bħala pass ieħor fil-liberalizazzjoni ta' l-ekonomija ta' pajjiżna. Bit-tneħħija ta' din il-miżura protettiva it-taxxi Maltin ser ikunu jistgħu jintefqu aktar bil-għaqal fl-infiq tal-Gvern.
Alfred Sant qiegħed ukoll jinjora l-fatt li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea kuntratturi Maltin ma jibqgħux ibatu mill-ħafna żvanta''i li jeżistu meta jipprovaw jidħlu għal kuntratti ta' xogħol offruti mill-Gvernijiet l-oħra tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea.
Fil-kummenti tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, tispikka d-disperazzjoni t'Alfred Sant li jakkuża lill-Gvern b'dak li kien qed jippjana li jagħmel hu meta hu kien Prim Ministru. Akkuża lill-Gvern li ried ikeċċi impjegati tas-Servizz Pubbliku meta kien hu li qabel l-Elezzjoni ta' l-1998 qabbad li jsir rapport biex jitnaqqsu eluf ta' ħaddiema minn mas-Servizz Pubbliku.
Akkuża wkoll lill-Gvern li neħħa l-protezzjoni lill-kuntratturi Maltin fl-għoti ta' kuntratti tal-Gvern Malti, meta l-Gvern tiegħu fil-Kunsill t'Assoċjazzjoni t'April 1998, ftiehem ma' l-Unjoni Ewropea li jagħmel preċiżament l-istess ħa'a u jneħħi dan it-trattament preferenzjali.
Id-disperazzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed tirriżulta f'kampanja bil-għan li tbeżża' lin-nies b'dak li skond Alfred Sant tfisser sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-Oppożizzjoni għandha d-dmir tikkritika lill-Gvern. M'għandiex iżda d-dritt li tidħaq bil-poplu Malti għall-iskopijiet iddisprati tagħha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN