Left arrow Go Back

Sensiela ta' zjarat lill-Anzjani li ghadhom jghixu wahedhom jew mal-familjari taghhom f'darhom

PR1300
Date Icon 25/08/1999

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li saret dalghodu fl-ufficcju tieghu, il-Belt Valletta, habbar li se jibdew isiru zjarat lil anzjani li ghadhom jghixu wahedhom, jew mal-familjari taghhom f' darhom.

L-ghan ta' dawn iz-zjarat hu li, minkejja li l-Gvern joffri servizzi bhal Home-help care, Telecare Service, Incontinence Service, Telephone Subsidy, Handyman Service, Meals on Wheels, Respite Service, Day Centres, Domiciliary Nursing, wiehed ikun jista' jara b' ghajnejh stess xi bzonnijiet ghandhom l-anzjani, li huma kompletament dipendenti, jew kwazi dipendenti, fuq il-familjari taghhom, jew jghixu f' sub-standard housing, kif ukoll anzjani li m'ghandhom lil hadd min idur bihom.

Dawn iz-zjarat huma intizi wkoll biex iwasslu l-messagg "Lejn Socjet'? ghal Kull Et'?", kif iddikkjarata mill-Gnus Maghquda ghal din is-sena, kif ukoll biex jigu identifikati l-bzonnijiet ta' dawn l-individwi, bl-iskop li jigi mfassal pjan ta' hidma personalizzata.

Dawn iz-zjarat qed isiru bil-kollaborazzjoni shiha tal-Kunsilli Lokali u l-ewwel zjarat ser isiru fil-lokalitajiet tar-Rabat, il-Hamrun u Bormla.

Is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici personalment ser jidba din is-sensiela ta' zjarat lil dawk l-anzjani li gew indikati lilu mill-Kunsilli Lokali. Iz-zjarat ser jibdew fil-gimghat li gejjin u jibqghu serjrin tul il-kumplament tas-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow