L-Ufficcju tal-Prim Ministru jikteb lis-Segretarju Generali ta' l-ITF
Aktar kmieni llum il-General Workers' Union ippubblikat ittra li kiteb is-Segretarju Generali tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Haddiema tat-Trasport, is-Sur David Cockroft, lill-Prim Ministru nhar is-Sibt, 20 ta'Awissu 1999. L-ittra, li waslet ghand il-Prim Ministru fis-sitta u seba' minuti ta' filghaxija, twiegbet mill-Ufficcju tal-Prim Ministru f'nofs il-lejl neqsin tliet minuti ta' l-istess gurnata.
Fit-twegiba tieghu, l-Ufficcju tal-Prim Ministru nforma lis-Sur Cockroft li l-persuni mizmuma mill-pulizija waqt l-istharrig dwar il-hsara li saret fil-Fire Section ta' l-Ajruport, inhelsu mill-pulizija wara li ghamlu stqarrija.
L-Ufficcju tal-Prim Ministru qal ukoll li ebda wiehed minn dawn il-persuni ma talab assistenza medika minkejja l-offerta li saritilhom. Individwu wiehed ittiehed l-isptar wara li hassu ma' jiflahx fil-vettura tal-pulizija li ufficjali tal-General Workers' Union stess imblukkaw ghal saghtejn f'xemx tizreg fil-Marsa.
Fl-ittra mill-Ufficcju tal-Prim Ministru, is-Sur Cockroft kien infurmat ukoll li tliet membri tal-korp tal-pulizija weggghu waqt l-incidenti.
L-Ufficcju tal-Prim Ministru nforma lis-Segretarju Generali ta' l-ITF li:
- Il-General Workers' Union hadet azzjonijiet industrijali bl-aktar mod irresponsabbli.
- L-azzjonijiet tal-GWU jirrigwardjaw zewg kwistjonijiet separati – kwistjoni rigward il-Kalaxlokk, u kwistjoni rigward l-gharfien tal-unions fil-Malta International Airport.
- Fil-kaz tal-kwistjoni tal-Kalaxlokk tanker b'taghbija ta' aviation fuel kellu jidhol fil-port ta' Marsaxlokk bl-assistenza ta' membri tal-Forzi Armati u tal-Protezzjoni Civili.
- Fil-kaz ta' l-azzjonijiet industrijali fil-Malta International Airport, membri tal-fire section li ma kienux qed jistrajkjaw dahlu ghax xoghol izda shabhom membri tal-GWU oggezzjonaw u nfexxu fi hsara tal-fire engines u ta' l-ambulanzi.
- Kellha tintervjeni l-Pulizija li avzat lil dawk li kienu fuq strajk li l-haddiema l-ohra kellhom dritt jahdmu u li l-Pulizija kienet se tipprotegi dan id-dritt.
- Uhud mill-persuni fuq strajk irrezistew bis-sahha lill-Pulizija.
- Tnejn u tletin persuna, kwazi kollha membri tal-fire section, li fixklu fix-xoghol m'obdewx u rrezistew 'il pulizija gew arrestati u ttiehdu d-Depot ghall-investigazzjoni dwar il-hsara li saret fil-fire section u ksur iehor tal-ligi.
- Tmienja mit-32 persuna arrestati kienu fuq vettura tal-pulizija li kienet imblukkata fit-triq lejn id-Depot minn ufficjali tal-GWU. Aktar tard il-vettura tal-Pulizija kompliet treqitha lejn id-Depot bil-bqija tal-membri mizmuma.
- Fl-1 ta' Mejju 1998 il-membri tal-fire section inghataw id-dritt li ma jibqghux jaghmlu parti mill-Armata u ghaddew ghand l-MIA b'decizjoni tal-Gvern precedenti. Il-ftehim kien li lil dawn il-persuni ssirilhom garanzija tal-pensjonijiet specjali ta' l-armata billi fl-istess waqt, ikunu taqsima li ma tistrajkjax ghaliex ix-xoghol taghhom huwa servizz essenzjali. Kull wiehed iffirma li jaccetta dawn il-kundizzjonijiet.
- Fuq talba ta' l-MIA, il-Qorti harget mandat t'inibizzjoni biex provizorjament il-GWU ma tiehu ebda azzjoni industrijali kontra l-MIA. Madankollu l-GWU kompliet bl-azzjonijiet taghha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN