Left arrow Go Back

Kummenti skorretti tas-Segretarju Generali tal-GWU

PR1293
Date Icon 23/08/1999

F'kummenti li ghamel is-Sur Tony Zarb, Segretarju Generali tal-General Workers' Union, lil diversi mezzi ta' l-istampa, huwa allega li "l-Gvern qieghed ikompli jaggrava s-sitwazzjoni" fil-kwistjoni dwar l-gharfien wahdieni tal-Union mill-Malta International Airport p.l.c.

Dan il-kumment hu skorrett ghal kollox.

Is-sitwazzjoni aggravat meta l-GWU hadet azzjoni bil-qabda sproporzjonata ma' l-ilment li kellha. Kwistjonijiet ta' gharfien ta' union jigru spiss kemm fis-settur pubbliku u kemm fis-settur privat. F'pajjizna lahqet indrat il-procedura normali li l-unions isolvu dawn il-kwistjonijiet civilment u minghajr wisq inkwiet.

Il-Gvern, f'dan il-kaz u f'kazi simili, ma jidholx direttament fil-kwistjoni ta' l-gharfien u minflok jirrikonoxxi r-rizultat tal-progess normali li bih jinghata l-gharfien.

Din id-darba l-GWU, ghar-ragunijiet li taf hi, m'accettatx il-process normali ghal gharfien ta' union u hadet azzjonijiet goffi u sporporzjonati. Fuq materja ta' gharfien, ipparalizzat l-ajruport darbtejn f'gimgha wahda, fl-eqqel ta' l-istagun. Din l-azzjoni swiet lill-MIA u lil hafna azjendi u individwi ohra miljuni ta' liri.

Dan minbarra l-hsara kbira li saret lis-settur turistiku f'pajjizna u lir-reputazzjoni ta' Malta barra l-pajjiz, meta pajjizna qed jiffaccja kompetizzjoni qawwija fis-settur tat-turizmu.

It-tama tal-Gvern hi li l-GWU tara s-sens f'din il-kwistjoni u ssib kif bil-qies tinstab soluzzjoni ghal sitwazzjoni li ggravat hi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow