Il-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd dwar is-sajd ghal-Lampuki
Id-decizjonijiet li jiehu d-Dipartiment tas-Sajd dwar l-immaniggjar tas-sajd fl-ibhra Maltin u l-ibhra ta' madwar huma strettament decizjonijiet interni u mhux marbutin ma' xi direttivi ta' konvenzjonijiet internazzjonali li Malta taghmel parti minnhom.
Il-qbid tal-hut minn kull min johrog jistad jinfluwenza b'xi mod lill-pajjizi kollha madwar il-kosta tal-Mediterran. Id-decizjoni partikolari dwar it-tfiegh tal-kannizzati b'gimgha aktar tard mis-sena l-ohra ttiehdet fl-istess interess tas-sajjieda u fuq l-esperjenza li nkisbet mill-qabda ta' hut fl-ewwel jiem ta' l-istaguni passati.
Fis-swieq Ewropej il-lampuka ma tidhirx. Izda kulhadd jaf li din il-huta hija ferm importanti ghas-sajjieda Maltin. Jekk tinqabad kwantit'? kbira ta' din il-huta, meta tkun ghadha zghira, dan certament jirrizulta f'nuqqas ta' qabda akbar u ahjar fil-gimghat segwenti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN