Titwaqqaf Kamra tal-Kummerc ghal Ghawdex
Il-bierah fil-ghaxija fil-Ministeru ghal Ghawdex, giet imwaqqfa Kamra tal-Kummerc ghal Ghawdex bil-ghan ewlieni li tghaqqad lill-imprendituri kollha f'Ghawdex, halli tippromwovi l-intrapriza fil-gzira.
Il-Kamra tal-Kummerc ghal Ghawdex twaqqfet fuq inizjattiva tal-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, illi sa mill-hatra taghha, insistiet li l-intraprizi Ghawdxin ghandhom jinghaqdu f'hidma u sforz komuni biex jitkattar il-gid fil-gzira Ghawdxija. Dan jista' jintlahaq, qalet il-Ministru, billi, sa fejn hu possibbli, ikunu newtralizzati u fejn hu possibbli eliminati, l-izvantaggi li jiltaqghu maghhom l-intraprendituri Ghawdxin, filwaqt li jigu sfruttati kif jixraq l-opportunitajiet li joffri Ghawdex.
Il-membri tal-Kamra tal-Kummerc ser jinkludu lil dawk li qed jaghmlu xi attivit'? kummercjali konnessa ma' l-importazzjoni, bejgh bl-ingrossa u bl-imnut, manifattura u esportazzjoni, artiggjanat, biedja u sajd, assikurazzjoni u servizzi legali, u servizzi ohra kummercjali, kostruzzjoni u turizmu.
Il-Kunsill tal-Kamra ghandu jinhatar f'laqgha li se ssir apposta nhar il-Hadd, 5 ta' Settembru 1999, fid-9.00 a.m. fis-Sala tal-Ministeru. Kull min jimpjega n-nies u kull min jahdem ghal rasu huwa mistieden u mheggeg biex jiehu sehem f'din il-laqgha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN