Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jerga' jwiegeb artikolu f'"L-orizzont"
B'riferenza ghall-kummenti li dehru fil-harga ta' "l-Orizzont" ta' nhar il-Gimgha, 6 ta'Awissu, 1999, fl-artiklu intitolat "Edwin Vassallo mgieghel jirtira l-kritika li ghamel" dawn juru li ghad hemm min ma jridx jifhem li l-fiducja li wera s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fic-Chairman ta' l-MDC, is-Sur Francis Vassallo, tfisser fiducja fl-impenn lejn l-MDC li ser terga' lura lejn ghoti tas-servizz li originarjament giet imwaqqfa biex toffri.
Din ser tibqa' l-isfida tac-Chairman Francis Vassallo u dawk kollha fl-MDC li jridu juru li huma produttivi u li jridu jkunu kapaci jservu lis-settur tan-negozju li jkollu jidher quddiemhom. Ghalhekk il-pjan tal-hidma li qed jinhadem mic-Chairman irid iwassal biex ikollna organizzazzjoni kapaci tahdem b'inqas burokrazija.
Forsi hawn xi hadd li ma rrid li nibqghu b'cirkostanza fejn in-negozjant imur ghand l-MDC u jrid jghaddi minn ostakoli burokratici qabel ma jiehu s-servizz mehtieg?
Forsi hawn min irid jibqa' li jkollna min imur jahdem fl-MDC ghax jaf li m'ghandu xejn x'jaghmel?
Forsi hemm xi hadd li jrid li l-MDC tkun xi One Man Show kif inhu allegat li kienet fi zmien l-amministrazzjoni precedenti?
Forsi hawn min ma jaqbillux li rridu nsibu tarf id-dizorganizzazzjoni li tiskuraggixxi kull inizjattiva tan-negozju?
Forsi hawn xi hadd li ma jaqbilx li fl-inqas zmien possibbli naghmlu t-tibdil mehtieg?
Il-messagg tas-Segretarju Parlamentari jrid jenfasizza li wasal iz-zmien li l-MDC titnaddaf min dak kollu li maz-zmien wassal ghall-‘istagnar'. Dak li gara f'dawn l-ahhar sentejn irid jitranga ghax l-MDC ma tistax tibqa' tkun kollox hi, kif riedha tkun il-Gvern precedenti.
Il-"Battalja" skond l-Editorjal ta' l-istess harga ta' "l-Orrizont" hija l-impenn li jrid iwassal biex fl-inqas zmien possibbli naraw l-MDC tahdem ghall-iskop originali li giet mahluqa ghalih.
Is-Segretarju Parlamentari fl-ebda hin ma kien imgieghel jirtira l-kritika li ghamel ghaliex dak kollu li kiteb u kkummenta dwaru jista' jwegga' biss lil min ma jridx jirranga l-hsara. L-impenn ta' dan il-Gvern huwa li jara li l-MDC tkun kapaci tirrispondi ghal htigijiet ta' l-izvilupp tan-negozju f'pajjizna
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN