Left arrow Go Back

L-Onor. Edwin Vassallo jwiegeb Editorjal ta' The Malta Independent tal-Hamis 5 t'Awissu

PR1226
Date Icon 06/08/1999

Il-laqgha li ghaliha rrefera l-editorjal tal-gazzetta "The Malta Independent" ta nhar il-Hamis, 5 ta' Awissu, 1999 kienet laqgha pozittiva li trattat is-sitwazzjoni tan-negozju f'pajjizna u l-htigijiet imminenti ta' dan is-settur skond l-esperjenza tal-Banek taghna. Il-laqgha li ghaliha kienu mistiedna l-ufficjali gholja tal-banek u d-dirigenti ta' l-MDC, l-IPSE u l-METCO nzammet fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici u kienet biss wahda minn sensiela ta' laqghat ghas-settur tan-negozju organizzati minni bhala Segretarju Parlamentari li qed jinzammu fuq bazi regolari mill-Ministeru sabiex ikollna konsultazzjoni diretta ma' min verament jahdem mas-settur tan-negozju. dwar is-sitwazzjoni tas-suq.

B'impenn li nkun konxju kontinwament ghall-htigijiet tas-settur tan-negozju qieghed inhejji diversi pjanijiet ta' azzjoni u nwettaq hidma li tkun tista' tirrispondi immedjatament ghas-settur tan-negozju. Huwa l-impenn tal-Gvern li kontinwament jkun kapaci jisma', jifhem u jimplimenta decizjonijiet li jaghrfu r-rejaltajiet tas-suq. Minkejja li fil-banek hemm element qawwi ta' kompetizzjoni li qed jizdied izjed ma jkompli l-process ta' privatizazzjoni xorta wahda jibqa' l-fatt li fihom irridu naraw l-imsiehba l-aktar importanti fil-hidma tal-Gvern u tas-settur tan-negozju lejn zvilupp kontinwu tal-kummerc. U ghal dan il-ghan rridu li niddirezzjonaw din il-kompetizzjoni lejn gwadan ghas-settur tan-negozju.

Il-fatt li nikkonsultaw ma min qieghed jahdem biex jaghti servizz lis-settur tan-negozju bhal ma huma l-Banek, ghandu jitqies bhala nuqqas ta' direzzjoni min naha tal-Gvern? Irridu nkomplu niltaqghu mal-Banek regolarment biex maghhom niddiskutu s-sitwazzjoni tan-negozju, tant li fil-laqgha ta' nhar it-Tnejn kienu huma l-kelliema u l-protagonisti ta' din il-laqgha li minghandom ridna nisimghu il-htigijiet rejali tas-settur tan-negozju.

Dan il-Gvern ha decizjonijiet ippjanati li minnhom illum qed igawdi n-negozjant u l-konsumatur.

Il-Gvern qieghed jirrispondi ghal dawn ir-rejaltajiet kull meta kull settur tan-negozju, ifittex l-ghajnuna. L-ebda settur tan-negozju li qieghed ikollu bzonn l-intervent tal-Gvern ma jista' jghid li qed ifittex il-Gvern u mhux qed isibu biex jghinu.

L-impenn tieghi huwa li nkun ta' servizz ghall-izvilupp tas-settur tan-negozju. F'dawn ic-cirkostanzi, qieghed inwettaq il-hidma tieghi fuq pjan biex bhala Gvern naslu li noffru lis-settur tan-negozju c-certezza u l-ghajnuna li jehtieg.

Min ma jiflahx jarani nahdem u nwassal rizultati pozittivi ghas-settur tan-negozju nitolbu jibda jifhem li jien bhala Segretarju Parlamentari fil-Gvern qed nahdem b'mod li nkun kapaci nwassal il-messagg li kull min joffri servizz lin-negozjant biex jaghmel dan b'efficjenza.

Hekk ghedt li ser naghmel mill bidu u hekk qieghed naghmel. Dan kien il-pjan tieghi li niltaqgha ma kulhadd u nitlob minn kulhadd aktar efficjenza fil-hidma tieghu.

Il-Gvern qed jahdem, ir-rizultati qeghdin jidhru,l-kummerc qed jirkupra u n-negozji qeghdin jaghrfu li dan il-Gvern biss jista' jwassalhom biex jiehdu l-ahjar mis-suq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow