Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru tal-Finanzi

PR1221
Date Icon 06/08/1999

B'referenza ghall-artiklu li deher fil-harga ta' "l-Orizzont", ippubblikat nhar l-4 ta' Awwissu 1999, il-Ministeru tal-Finanzi jixtieq jiccara l-fatti kif tassew huma.

Tajjeb li qabel xejn wiehed jiftakar li l-Gvern precedenti kellu miri li jissellef Lm113-il-miljun f'kull sena bejn l-1999 u s-sena 2001. B'hekk, jekk wiehed jassumi li l-Gvern Laburista kellu jzomm ma' l-estimi tieghu, haga li ma rnexxilux jaghmel fl-1997 u 1998, kien ser izid id-dejn nazzjonali bi Lm340 miljun ohra.

Il-Gvern prezenti naqqas dawn ic-cifri ghall-stima originali ta' Lm100 miljun din is-sena. Intant irrizulta li ser jittiehdu Lm80 miljun biss, li huma nuqqas sostanzjali. Bejn is-sena 2000 u s-sena 2004 huwa stmat li l-Gvern jissellef madwar Lm50 miljun fis-sena. Dan ifisser li l-Gvern prezenti mhux ser ikun ghamel dejn daqs dak mahsub minn Gvern precedenti sas-sena 2001.

Tajjeb li wiehed jghid wkoll li dan is-self ta' Lm80 miljun, kuntrarjament ghal dak li gie allegat fl-artiklu ta' "l-Orizzont", mhux se jzid il-hlas ta' imghaxijiet matul din is-sena. Fil-fatt, skond l-estimi riveduti ta' l-Ministru tal-Finanzi ghal 1999, in-nefqa fuq imghaxijiet mhux mistennija li teccedi l-figura kkwotata mill-Ministru Dalli. Il-hlas ta' imghaxijiet dovut ghal conversion ta' stocks li saret f'April ta' din is-sena, u ghalhekk mhux inkluz fl-istima tal-Ministru Dalli, mistenni li jigi kkumpensat b-infieq anqas fuq imghaxijiet ghal Treasury Bills.

Jekk wiehed irid jitkellem fuq zieda fid-dejn nazzjonali, tajjeb li jsemmi illi skond cifri ppubblikati mill-Bank Centrali ta' Malta d-dejn nazzjonali zdied b'Lm312.9 miljun minn Dicembru ta' 1996 sal-1998. Ma' dan l-ammont zdied ukoll Lm4.3 miljun dejn barrani li fi 22 xahar ta' Amministrazzjoni Laburista ziedu d-dejn bi Lm317.2 miljun. Ammont sostanzjali li Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ghamel f'disa' snin u mhux 22 xahar biss!

Dawn huma fatti li juru li Gvern prezenti diga' qed jirnexxielu fil-hidma tieghu biex inaqqas d-dejn tal-pajjiz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow