Il-Ministru tas-Sahha jinawgura Seminar dwar abbozz ta' Att gdid rigward is-Sahha Mentali
"Ir-riforma tas-settur tas-Sahha Mentali tibqa' fost l-ewwel prioritajiet ghall-Gvern prezenti". Dan qalu llum il-Ministru tas-Sahha, l-Onor. Louis Deguara, meta fetah seminar dwar abbozz ta' att gdid rigward is-Sahha Mentali.
Dr. Deguara esprima d-determinazzjoni tieghu li r-riforma ssehh. Kien b'dan il-ghan li l-Ministru hatar lill-Kumitat ghall-Azzjoni fir-Riforma tas-Sahha bhala l-Bord tad-Diretturi ta' l-Isptar Monte Carmeli. Sahaq li "ilna snin niddiskutu u issa wasal iz-zmien li nibdew induqu l-frott ta' dawn id-diskussjonijiet; wasal iz-zmien li mill-kliem nghaddu ghall-fatti".
Il-Ministru qal li sar hafna xoghol preparatorju biex jidhlu sistemi ta' management effettiv fl-isptar. Instab hafna hela ta' rizorsi, liema rizorsi jistghu jigu utilizzati fil-komunit'?, settur li hu mehtieg li jigi zviluppat. Hu mistenni li s-sena d-diehla dawn is-sistemi jigu konsolidati.
Hemm bzonn li l-kura mentali fil-komunit'? tigi integrata fil-qafas tas-servizzi moghtija mis-settur tas-Sahha Primarja. Kura effettiva fil-komunit'? tista' tinghata biss jekk il-Ministeri tas-Sahha u tal-Politka Socjali jahdmu id f'id. Ghalhekk iz-zewg Ministeri jkollhom diskussjonijiet ta' sikwit bejniethom.
Dwar id-dokument prezentat, il-Ministru sahaq li dan ghadu biss abbozz li mehtieg li jigi diskuss minn dawk kollha li jaghtu sehemhom f'dan il-qasam. Dan ghandu jizgura li l-att il-gdid ikollu l-izjed qbil wiesgha possibbli u li jirrifletti l-htigijiet tas-servizz u tal-pazjenti. Ghal dan il-ghan il-Ministru stqarr li ma ried jaghmel l-ebda kumment specifiku biex ma jinfluwenzax id-diskussjoni.
Madankollu l-att il-gdid kellu jigi finalizzat fil-qafas ta' numru ta' parametri, fosthom li jimxi fuq id-dokument "Il-Politika Nazzjonali dwar is-Sahha Mentali" (1995), li jaqleb is-servizz minn dak antikwat ta' kura kustodjali, ghal wiehed terapewtiku provdut minn team multidixxiplinarju, li d-dritt tal-pazjent jigi mhares, li l-ligi l-gdida ghandha tirrispetta l-politka tal-Gvern li johloq strutturi awtonomi, fil-waqt li l-awtoritajiet centrali jiehdu rwol regolatorju.
Dr. Deguara ghalaq l-indirizz tieghu billi rega' sahaq li l-abbozz ma kienx it-tmiem ta' process, izda l-bidu. Hu awgura lill-partecipanti biex iperrcu hsibijiethom bl-izjed mod miftuh biex joholqu diskussjoni kostruttiva ghall-gid tal-pazjenti, tal-familji taghhom u tal-komunit'? kollha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN