Left arrow Go Back

Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali iwiegeb lill-Koperattiva Indafa Pubblika

PR1215
Date Icon 05/08/1999

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt jiċħad bil-qawwa kollha l-akkużi li għamel il-konsulent legali tal-Koperattiva Indafa Pubblika - KIP, Dr. Matthew Brincat, f'sezzjoni ta' l-istampa. Dr. Brincat kien irrapurtat li qal li l-Ministru Gatt abdika mir-responsabbilitajiet tiegħu għax m'aċċettax talba li saritlu mill-KIP biex issir investigazzjoni fuq għoti ta' kuntratt ta' 'bir ta' skart domestiku mill-Kunsilli Lokali ta' Mdina, Mellieħa, M'arr, Rabat u San Pawl il-Baħar.

Il-Ministru Gatt jixtieq jagħmilha ċara li kienet il-KIP li għażlet li tieħu azzjoni legali kontra l-Kunsilli Lokali kkonċernati u li l-prerogattiva tiegħu bħala Ministru li jordna li ssir investigazzjoni trid tikkunsidra wkoll dan il-fatt.

"Jiena żgur li la Dr. Brincat u lanqas il-Koperattiva Indafa Pubblika ma kienu qed jissu''erixxu li jiena b'xi mod jew ieħor nintervjeni waqt li l-każ li ppreżentaw fil-Qrati jkun għadu sub-judice," żied jgħid Dr. Gatt.

Barra minn hekk, fi żvilupp ieħor, il-bieraħ 4 t'Awissu 1999, il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Gino Camilleri ċaħħdet t-talba tal-KIP għall-ħru' ta' mandat ta' inibizzjoni kontra l-Kunsilli Lokali msemmija.

'?aldaqstant, it-talba tal-KIP għall-investigazzjoni dwar l-għoti tat-tender, wara d-deċiżjoni tal-Qorti, issa tista' tkun meqjusa bħala kwistjoni magħluqa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow