Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jwiegeb ghal Artikolu f'"L-Orizzont": - 'Xi haga fl-MDC mhix tahdem'

PR1211
Date Icon 04/08/1999

B'referenza ghar-rapport li deher fil-harga ta' "l-Orizzont" tat-Tlieta, 3 ta' Awissu 1999, intitolat "Xi haga fl-MDC mhix tahdem", jien nemmen li n-negozjant u s-self employed ghandhom kull dritt li jsibu l-ghajnuna xierqa mill-MDC u l-IPSE. Dan ma jistax isir f'kuntest ta' burokrazija zejda u interessi partiggjani.

Izda jien nistaqsi:

"kienx dak il-kaz tul is-sentejn ta' tmexxija ta' Gvern precedenti?

"F'dawk is-sentejn jista' wiehed jghid li giet irrispettata l-importanza ta' l-IPSE, li ghandha tkun l-ghodda li tiehu hsieb il-htigijiet tan-negozjant iz-zghir, meta din twaddbet fil-keffa ta' l-MDC? Ta min jistaqsi jekk b'dan il-mod il-htigijiet differenti ta' l-investitur barrani u tas-self employed lokali gewx mhallta flimkien b'rizultat li kkrejaw kumplikazzjonijiet burokratici zejda?"

Forsi dan sehh ghaliex il-poter kien jehtieg li jkun ikkoncentrat f'idejn anqas nies u d-decizjoni tkun f'idejn bniedem wiehed u l-ftit ta' madwaru?

Dan il-poter ntuza biex jinqdew l-interessi tan-negozjant skond il-mument ekonomiku tal-pajjiz?

Jew minflok kien il-mument politiku li ddetermina kollox?

Ta min jistaqsi x'kienet ir-raguni li ghaliha ftit granet wara li thabbret l-elezzjoni ta' l-1998 tqassmu diversi artijiet f'Hal Luqa mill-MDC?

Il-Gvern prezenti issa jrid li tinhall il-kobba mhabbla ta' bejn l-MDC u l-IPSE u jnehhi kull tghassid li kien hemm. Illum l-ufficjali gholja ta' l-MDC u l-IPSE, li jien ghandi kull fiducja fihom, qeghdin jaraw li jistabbilixxu linji ta' gwida prattici li jghamlu l-MDC u l-IPSE, zewg organizzazzjonijiet li ser ikunu kapaci jaqdu l-htigijiet ta' l-investitur barrani u tan-negozjant lokali. Dan ix-xoghol qieghed isir, u jien fiducjuz li galadarba jkun lest, l-ghajnuna li se tinghata mill-MDC u l-IPSE ser tkun aktar specifika u b'hekk kulhadd ikun jaf fejn ghandu jirrikorri ghal gwida u parir necessarji. L-impenn ta' dan il-Gvern huwa li naraw li kemm l-MDC u kif ukoll l-IPSE jkunu ta' l-ahjar servizz ghall-izvilupp tan-negozju f'pajjizna. Dan huwa mpenn mhux tal-paroli izda tal-fatti.

Dan il-process dig'? beda u ser isib il-qofol tieghu meta c-Chairman ta' l-MDC is-Sur Francis Vassallo ser jipprezenta lill-Bord tieghu pjan u strategija ghall-gejjieni. Ninsab fiducjuz li s-sens ta' direzzjoni ser jiehu post it-tfixkil imnissel mill-amministrazzjoni precedenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow