L-Oppozizzjoni kienet offruta sehem shih fil-Kumitat tac-Celebrazzjonijeit tal-Millenju
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, isostni li l-Oppozizzjoni Laburista qed tkun hafna ngusta meta titkellem dwar "firda" fl-attivitajiet tac-Celebrazzjonijiet tal-Millennju.
Il-Gvern offra lill-Oppozizzjoni Laburista, l-Vici Presidenza tal-Kumitat tac-Celebrazzjonijiet ghall-Millennju kif ukoll li tinnomina in-nies li jidhrilha xieraq fuq l-istess Kumitat. Din l-offerta` saret direttament u personalment lill-Kelliem Ewlieni tal-Oppozizzjoni dwar l-Edukazzjoni u Kultura, Evarist Bartolo, f'Ottubru tas-sena l-ohra.
Wahda mir-ragunijiet ghaliex il-Kumitat dam ma' inhatar wara l-bidla fil-Gvern kien proprju ghaliex il-Gvern ipprefera jistenna ghal xahrejn shah risposta ghall-offerta tieghu minghand l-Oppozizzjoni, biex b'hekk ikun ghamel hiltu kollha halli jekk jista' jkun l-Oppozizzjoni Laburista ikollha sehem shih fic-celebrazzjonijiet. L-Oppozizzjoni irrifjutat din l-offerta.
Il-Ministru Galea ifakkar ukoll li pajjizi ohra hatru l-Kumitat taghhom ghac-Celebrazzjonijiet tal-Millenju minn tlieta sa erba' snin ilu. Il-Gvern prezenti kien diga' haseb biex jaghmel dan fl-1996. Il-Gvern ta' qabel m'ghamel assolutament xejn f'dan ir-rigward fis-sentejn li dam fil-Gvern. Mal-bidla fil-Gvern f'Settembru 1998, il-Gvern prezenti mill-ewwel ha l-inizzjattiva biex jorganizza celebrazzjonijiet mill-ahjar li jista' fiz-zmien ristrett li kien fadal.
Il-Kumitat Nazzjonali ghac-Celebrazzjonijiet tal-Millennju l-ebda proposta jew suggeriment mill-Oppozizzjoni Laburista dwar attivitajiet jew inizjattivi li jahsbu ghandhom isiru f'Malta f'din l-okkazjoni. Il-Ministru Galea jiddispjacih li lanqas f'okkazjoni li tigi darba kull elf sena il-Partit Laburista ma kien kapaci jgheleb l-interessi partigjani u immedjati.
Minflok l-Oppozizzjoni irrifjutat sehem shih fl-organizazzjoni tac-Celebrazzjonijiet tal-Millennju, biex issa jkun jista' joqghod ixandar stqarrijiet dwar "firda". Il-Ministru Louis Galea isostni li hu osserva prudenza shiha u baqa' qatt ma svela la l-offerta u lanqas ir-rifjut taghha biex jevita kull politicizazzjoni. Izda issa gie kostrett jirribatti l-allegazzjoni ngusta ta' "firda" f'dawn ic-celebrazzjonijiet.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jibqa' jappella lil kullhadd biex f'din l-okkazjoni unika jirbah is-sens komun u s-sens nazzjonali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN