Kummissarju Specjali dwar l-Atti Notarili
L-Avukat Joseph Sapiano il-bierah ha l-gurament tal-hatra bhala Kummissarju Specjali dwar l-Atti Notarili mill-Avukat Generali tar-Repubblika, Dr. Anthony Borg Barthet. Ic-cerimonja tal-hatra saret fil-Ministeru ta' l-Intern.
Il-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg, qal li ghad hemm minimu ta' 140,000 att notarili li ghadhom ma gewx spezzjonati mill-Qorti tar-Revizjoni tal-Atti Notarili u allura kien hemm bzonn li din il-problema tigi ffacjata.
Il-Ministru fakkar kif ricentement il-Parlament approva li jinhatar Kummissarju Specjali li jinghata l-fakulta` li jispezzjona dokumenti notarili li jkunu ghadhom ma gewx spezzjonati mill-Qorti. B'hekk gradwalment, il-kuntratti mhux spezzjonati jibdew jigu depositati fl-Arkivju ta' l-Istat sakemm issir revizjoni definittiva mil-Qorti.
Bhala Kummissarju Specjali il-Ministru ta' l-Intern ghazel lil Dr. Joseph Sapiano, avukat irtirat li ghamel zmien iservi bhala direttur tar-Registru Pubbliku.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN