Mr Speaker izur l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika
L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anton Tabone, nhar il-Gimgha, 30 ta' Lulju, ghamel zjara fl-Ufficcju tal-Verifika. Hu gie milqugh mill-Awditur Generali, is-Sur Joseph G. Galea u mid-Deputat tieghu, is-Sur John A. Bonnici, u ra mill-qrib ix-xoghol ta' l-organizzazzjoni u l-ambjent ta' l-Ufficcju.
L-iSpeaker kellu kliem ta' sodisfazzjon ghal mod kif l-ambjent tal-post tax-xoghol hu mizmum u ferah lill-impjegati li, mghejjun mill-Ufficcju, temmew b'success korsijiet ta' studju fl-Universita` filwaqt li ohrajn qed ikomplu l-istudji taghhom. Flimkien ma' membri ohra kwalifikati u ta' esperjenza zgur li x-xoghol mwettaq mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika jkun ta' livell gholi.
L-iSpeaker qal li l-izvilupp li sar fl-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika hu xhieda ta' l-impenn taz-zewg nahat tal-Kamra tar-Rapprezentanti meta qablu li jitwaqqaf Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika responsabbli direttament lejn il-Parlament. Sa l-ahhar ta' Lulju ta' din is-sena l-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici kellu aktar minn sittax-il laqgha biex jgharbel u jifli kazijiet msemmija fir-Rapport Annwali ghas-snin 1996 u 1997. Ir-rapport ta' kull sena kif ukoll rapporti ohra li jsiru fuq talba tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici jew tal-Ministeru responsabbli ghall-finanzi jsiru f'dan l-Ufficcju.
L-iSpeaker awgura lill-Awditur u lill-impjegati biex ikomplu jaghtu servizz b'impenn f'dan il-qasam hekk importanti fl-amministrazzjoni tal-pajjiz.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN