Punti mid-diskors tal-Ministru ghat-Turizmu waqt il-prezentazzjoni ta' ktejjeb Rosina u l-Ghar Misterjuz pubblikat mill-ECO u sponsorjat mill-Ministeru ghat-Turizmu
PR1176
29/07/1999
- Niehu pjacir li ghal darb'ohra ninghaqad mas-Sur Hamilton, President tal-ECO – The Malta Ecological Foundation – f'inizjattiva li twassal messagg importanti hafna, din id-darba lit-tfal ta' l-iskola.
- Xi xhur ilu nidejt, flimkien mal-ECO brochure li jitqassam lit-turisti bil-ghan li nissensibilizzaw lil min jigi jzurna dwar il-htiega li jghinna nharsu l-ambjent fil-forom kollha tieghu. Din id-darba l-messagg hu ndirizzat lit-tfal Maltin biex mic-cokon jiehdu taghrif u ezempju tajjeb sew dwar l-ambjent, kif ukoll dwar karriera futura fl-industrija tat-turizmu.
- Il-ktieb hu miktub, illustrat u prodott mis-Sur Hamilton. Nirringrazzjah u nikkongratulah personalment ghal bicca xoghol eccellenti.
- Il-ktieb jirrakonta storja ta' tifla zghira, jisimha Rosina, li f'kullana ta' episodji, kollha b'taghlima ambjentali, bi kliemha stess twassal messaggi mill-aktar siewja.
- Il-ktieb miktub b'mod li jifmuh it-tfal u jishaq dwar l-importanza tal-harsien tal-flora, il-fauna u l-kampanja, kif ukoll tal-wirt storiku u kulturali u fuq kollox il-htiega li nizguraw indafa kullimkien.
- Taghlimiet ohra huma dwar is-siwi tal-gharfien tal-lingwi barranin u l-importanza li lit-turist nilqugh tajjeb u mhux ingeghluh ihallas izjed minn suppost, kif ukoll xi jfisser ghal Malta l-qligh li jidhol mill-infieq tat-turisti u l-korsijiet ta' studji li joffri l-ITS.
- Fil-fehma tieghi dan hu ktieb importanti hafna li ghandu jigi nkluz fil-kurrikulum ta' l-iskejjel primarji kollha.
- Inheggeg lill-ECO tidhol ghal inizjattivi bhal dawn u li taghzel bhala l-udjenza taghha t-tfal biex ikunu huma li jitghalmu u jkunu ta' ezempju hafna drabi ghall-istess genituri taghhom. Ahna nkomplu nsostnu l-isforzi ta' l-ECO.
- Ghajb li hafna Maltin u Ghawdxin, tant ghajjurin ghall-indafa ta' darhom, mhumiex daqstant sensittivi meta nigu ghall-indafa specjalment fl-ispazji pubblici, fit-toroq u l-kampanja, f'lokalitajiet li mhumiex responsabbilta' ta' Kunsilli Lokali.
- Fl-ahhar, grazzi ghal hidma tal-Kunsilli Lokali, donnha dahlet kultura li t-toroq u l-pjazez ta' l-ibliet u l-irhula huma estenzjoni ta' djar ir-residenti u fil-bicca l-kbira hemm insibu livell accettabbli ta' ndafa.
- Mill-qligh mit-turizmu mhux biss igawdi minnu kulhadd izda sahansitra jikkostitwixxi percentwali sostanzjali mid-dhul tal-Gvern. Dhul li minnu jigu mhallsin l-pensjonijiet, il-pagi, il-beneficci. Ghalhekk kulhadd bhala beneficjarju mit-turizmu, flok igerger ghax l-iskart ma tnehhiex, ghandu jaghti sehmu biex l-iskart ma jkunx hemm.
- Dan ma jfissirx li sodisfatt bil-hidma ta' dawk id-dipartimenti li dmirhom hu li jnaddfu, li jindokraw, li jhaddru l-ispazji pubblici. Neqsin hafna mill-koordinament bejniethom, mis-sorveljanza fuq in-nies u mill-efficjenza ta' rizultati sodisfacenti. Izda principalment it-tort mhux ta' min jonqos li jnaddaf izda ta' min ihammeg. Hu dan it-tip ta' nuqqas ta' hsieb u egoizmu li xi drabi jwasslu l-gzejjer Maltin fil-livelli ta' pajjizi tat-tielet dinja.
- Jehtieg li jsir sforz qawwi biex innaddfu Malta u nzommuha pinna daqs is-salott li fih nilqghu n-nies gewwa darna.
- Nerga' nirringrazzja lil Malta Ecological Foundation ghall-inizjattiva siewja b'risq it-turizmu u fuq kollox is-socjeta' Maltija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN