Il-Pulizija zzid ir-ronda f'zoni turistici matul l-istagun tas-sajf
Mit-8 ta' Lulju, aktar minn 50 pulizija qed ikunu dettaljati f'diversi zoni, l-aktar dawk turistici, sabiex jaghmlu r-ronda b'diversi mezzi u f'zoni specifici matul il-gurnata u tard bil-lejl.
L-ghan ewlieni ta' din ir-ronda hi dik li jizdied il-kuntatt mal-pubbliku u tkun imharsa l-ligi.
Ir-ronda qed issir kemm bil-mixi (foot patrol) kif ukoll permezz tal-muturi u karozzi tal-mobile. Fost il-postijiet fejn zdiedet ir-ronda bil-mixi hemm ix-xtut ta' Marsascala, Marsaxlokk (Sibtijiet u Hdud), Birzebbuga, Bugibba, u Sliema. It-taqsima tat-traffiku ziedet ir-ronda f'Birzebbuga Marsaskala, il-Coast Road ta' Bahar ic-Caghaq sa Kennedy Grove, kif ukoll il-bajjiet tax-Xemxija u ta' l-Ghadira.
It-taqsima tal-mobile sahhet il-prezenza taghha fix-Xghajra, tas-Sliema, il-Bajja ta' San Gorg, Ghajn Tuffieha u l-Gnejna.
Din il-mizura qed issehh b'ko-ordinazzjoni bejn id-diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN