Id-Dipartiment tas-Sahha jikteb lil MUMN dwar it-Team Midwifery
Qed nippubblikaw ittra mibghuta mid-Direttur Generali tas-Sahha lis-Segretarju Generali ta' l-MUMN dwar Team Midwifery fl-Isptar San Luqa.
DH 229/96
21 ta' Lulju 1999
Mr Colin Galea
Segretarju Generali
MUMN
TEAM MIDWIFERY
Nirreferi ghall-ittra tieghek datata 19 ta' Lulju rigward is-suggett hawn fuq msemmi.
Mill-kontenut ta' l-ittra tieghek jidher car li l-Union tieghek jew ma tistax jew ma tridx tifhem il-bazi li fuqha ittiehdet id-decizzjoni ghal tibdil fir-rwol li ghandhom il-midwives fil- kura t'ommijiet tqal. Jidher car li l-Union ma tridx taghmel distinzjoni bejn dak li hu ta' natura manigerjali u dak li hu ta' natura tradunjonistika. Hafna mill-allegazzjonijiet u asserzjonijiet li inti taghmel fl-ittra tieghek huma bla bazi u jirriflettu li, fl-assenza t'argumenti sodi li fuqhom wiehed jibbaza l-pozizzjoni tieghu, inti ghogbok iddur ghall-attaki personali lejja.
Jidher car li l-messagg tieghi ghadu ma giex mifhum mill-Union tieghek u ghaldaqstant inhoss illi biex jigu ccarati l-affarijiet ma hemmx alternattiva ohra hlief li niltaqghu. Biex dan isir, jiena nkun lest li niltaqa' ma rapprezentati tal-Union tieghek jekk l-Union tkun lesta li tirtira d-direttivi mahruga sa issa, u dan bla pregudizzju ghal kwalunkwe sitwazzjoni finali li nistghu naslu ghaliha.
Dr. Ray Busuttil
Direttur Generali tas-Sahha
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN