Il-Ministru Louis Galea izur l-iskavi ta' Tas-Silg
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura, Dr Louis Galea, il-bierah filghodu zar l-iskavar li ghaddej f'Tas-Silg, Marsaxlokk, taht id-direzzjoni tal-Kap tad-Dipartiment ta' l-Arkeologija, Dr Anthony Frendo u Prof. Anthony Bonanno, mill-Universita` ta' Malta. Is-supervizjoni tas-sit hija mmexxija mis-Sur Simon Mason u Dr Nicholas C. Vella. L-ewwel stagun ta' l-iskavar kien sponsorjat minn Din l-Art Helwa u l-Universita` ta' Malta, filwaqt li l-ahhar tlett staguni gew sponsorjati mill-Universita`.
L-Universita` ta' Malta nidiet programm ta' Summer School fl-Arkeologija li jghin biex jiehdu sehem ukoll fl-iskavi f'Tas-Silg kemm studenti Maltin, kif ukoll Inglizi u Amerikani. Dan il-programm jghin lill-istudenti biex jigu mharga fil-qasam ta' l-Arkeologija u fl-istess waqt isiru progetti ta' stharrig biex jghatu dawl gdid fuq il-passat ta' Malta.
Is-sit f'Tas-Silg huwa ferm importanti ghaliex instabu tahlita ta' fdalijiet minn tempju ta' Astarte ta' zmien il-Fenici, fdalijiet ta' kostruzzjonijiet neolitici, tracci ta' tempju Ruman, kif ukoll fdalijiet izjed ricenti ta' zmien il-Bizantini.
L-iskavi bdew mill-Missione Archeologica Italiana bejn l-1963 u l-1970. Fl-1995 il-Missione, flimkien mad-Dipartiment tal-Muzewijiet, regghu bdew investigazzjonijiet fuq l-iskavi f'Tas-Silg. Fil-present qed isiru wkoll tahdidiet bejn il-Ministru Louis Galea u l-Missione Archeologica fuq is-sistema ta' konservazzjoni kontinwa u l-bzonnijiet ghall-izvilupp ta' dan is-sit importanti, sabiex isir centru ta' wirt kulturali u jigi miftuh ghall-pubbliku fuq bazi regolari.
Qed isiru wkoll studji fuq proposti sabiex it-triq Hal Ginwi, li taqsam minn nofs is-sit, titranga u b'hekk ikun jista` jibda' l-process ta' dan l-izvilupp. Din il-proposta tad-devjazzjoni tat-triq Hal Ginwi kienet giet introdotta ghall-ewwel darba mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar fil-pjan lokali ta' M'Xlokk fl-1995. Wara giet integrata mar-Regional Socio-Economic Development Plan for the South fil-1998.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN