Stqarrija dwar il-kummenti tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni tal-Hadd, 11 ta' Lulju dwar il-fondi taht ir-Raba' Protokoll Finanzjarju
Mingħajr ma jaf, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkonferma fil-kummenti tiegħu dak li spjega l-Gvern nhar is-Sibt rigward min tassew hu responsabbli għat-tnaqqis fil-fondi mill-Unjoni Ewropea taħt ir-raba' protokoll finanzjarju.
Dr Alfred Sant irrefera għall-fatt li l-pjani tal-Gvern tiegħu biex jonfoq il-15-il miljun ECU allokati għal Malta 'ew konklużi fil-laqgħa tal-Kunsill t'Assoċjazzjoni f'April ta' l-1998.
Dan ifisser li l-flus allokati għal Malta taħt dan il-protokoll kienu ilhom fuq l-ixkaffa xejn anqas minn sbatax-il xahar li matulhom Dr Sant kien Prim Ministru. Dan kien minħabba l-fatt li sakemm ittieħdet id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma seta' jsir xejn fuq l-ebda wieħed mill-pro'etti (imħejjija qabel Ottubru ta' l-1996) għar-raguni sempliċi li wara li l-Gvern Laburista ffriża l-applikazzjoni għas-sħubija, Malta tilfet il-jedd li tieħu sehem f'ħafna pro'etti, u għalhekk anke l-użu tal-fondi 'ie ffriżat.
Fost dawn wieħed isemmi l-pro'etti edukattivi Socrates u Leonardo, li minkejja x-xewqa espressa tal-Gvern Laburista, il-Kummissjoni Ewropea qaltlu li l-Gvern tiegħu kien tilef id-dritt li jieħu sehem fihom matul il-perjodu tal-friża.
Minbarra s-sbatax-il xahar moħlija u mitlufa mill-Gvern ta' Dr Sant biex jer'a jibda mill-bidu dwar programmi 'odda, wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll li meta laħaq ftiehem ftit aktar minn sena ilu, il-Gvern ta' Dr Alfred Sant kien beda se jiffaċċja l-kriżi politika li għelbitu.
Minn dak iż-żmien sakemm imbagħad tilef l-elezzjoni, il-Gvern ta' Dr Sant tilef l-interess m'hux biss fir-raba' protokoll finanzjarju imma prattikament f'kull aspett ta' l-amministrazzjoni, u għalhekk it-tħejjija tal-pro'etti baqgħet lura ferm.
Minħabba li matul iż-żmien kollu li Dr Alfred Sant kien fil-Gvern il-flus allokati għal Malta tħallew bla minfuqa, meta s-sena li għaddiet il-Kummissjoni 'iet biex tħejji l-‘budget' iddeċidiet li tirrialloka parti biss mill-fondi maħsuba taħt il-protokoll.
Dr Alfred Sant għandu jassumi r-responsabbilta' kollha taż-żmien u l-fondi li ntilfu bil-politika li biha mexxa l-pajjiż fiż-żmien qasir li kien Prim Ministru.
STQARRIJA DWAR IL-KUMMENTI TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI TAL-'?ADD 11 TA' LULJU 1999 DWAR IL-FONDI TA'?T IR-RABA' PROTOKOLL FINANZJARJU.Mingħajr ma jaf, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkonferma fil-kummenti tiegħu dak li spjega l-Gvern nhar is-Sibt rigward min tassew hu responsabbli għat-tnaqqis fil-fondi mill-Unjoni Ewropea taħt ir-raba' protokoll finanzjarju.
Dr Alfred Sant irrefera għall-fatt li l-pjani tal-Gvern tiegħu biex jonfoq il-15-il miljun ECU allokati għal Malta 'ew konklużi fil-laqgħa tal-Kunsill t'Assoċjazzjoni f'April ta' l-1998.
Dan ifisser li l-flus allokati għal Malta taħt dan il-protokoll kienu ilhom fuq l-ixkaffa xejn anqas minn sbatax-il xahar li matulhom Dr Sant kien Prim Ministru. Dan kien minħabba l-fatt li sakemm ittieħdet id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma seta' jsir xejn fuq l-ebda wieħed mill-pro'etti (imħejjija qabel Ottubru ta' l-1996) għar-raguni sempliċi li wara li l-Gvern Laburista ffriża l-applikazzjoni għas-sħubija, Malta tilfet il-jedd li tieħu sehem f'ħafna pro'etti, u għalhekk anke l-użu tal-fondi 'ie ffriżat.
Fost dawn wieħed isemmi l-pro'etti edukattivi Socrates u Leonardo, li minkejja x-xewqa espressa tal-Gvern Laburista, il-Kummissjoni Ewropea qaltlu li l-Gvern tiegħu kien tilef id-dritt li jieħu sehem fihom matul il-perjodu tal-friża.
Minbarra s-sbatax-il xahar moħlija u mitlufa mill-Gvern ta' Dr Sant biex jer'a jibda mill-bidu dwar programmi 'odda, wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll li meta laħaq ftiehem ftit aktar minn sena ilu, il-Gvern ta' Dr Alfred Sant kien beda se jiffaċċja l-kriżi politika li għelbitu.
Minn dak iż-żmien sakemm imbagħad tilef l-elezzjoni, il-Gvern ta' Dr Sant tilef l-interess m'hux biss fir-raba' protokoll finanzjarju imma prattikament f'kull aspett ta' l-amministrazzjoni, u għalhekk it-tħejjija tal-pro'etti baqgħet lura ferm.
Minħabba li matul iż-żmien kollu li Dr Alfred Sant kien fil-Gvern il-flus allokati għal Malta tħallew bla minfuqa, meta s-sena li għaddiet il-Kummissjoni 'iet biex tħejji l-‘budget' iddeċidiet li tirrialloka parti biss mill-fondi maħsuba taħt il-protokoll.
Dr Alfred Sant għandu jassumi r-responsabbilta' kollha taż-żmien u l-fondi li ntilfu bil-politika li biha mexxa l-pajjiż fiż-żmien qasir li kien Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN