Stqarrija mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma dwar diffikultajiet fuq il-kontijiet tad-Dawl u l-Ilma
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma qed tircievi numru ta' mistoqsijiet dwar l-item li tidher bhal arretrati fin-naha t'isfel tal-kont minghand il-konsumaturi li jsostnu li m'ghandhomx jaghtu arretrati.
Ghaldaqstant, il-Korporazzjoni tixtieq tigbed l-attenzjoni tal-konsumaturi li fil-kaz ta' dawk li l-arretrati jkunu mhallsa, dan ikun jidher fl-item ‘PaymentsReceived' u ghaldaqstant dan l-item,flimkien mad-differenza fit-tariffi u rebates, jibbilancjaw l-item ta' arretrati.
Il-Korporazzjoni qed tiehu hsieb biex ghal quddiem, din l-informazzjoni ma tkunx tidher b'dan il-mod fuq il-kontijiet, biex il-konsumaturi ma jkollhomx ghalfejn jikkonfondu bla bzonn.
Sadanittant, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma tixtieq tavza li dawk li ghandhom xi diffikultajiet fuq il-kontijiet li rcevew u jixtiequ jistaqsu dwarhom fuq it-telefon, ghandhom icemplu l-fergha tal-Customer Care, il-Belt Valletta u l-Ufficcju Generali, Hal-Luqa, fuq in-numri 221901, 223018, 234531 bejn is-1.30 p.m. u l-4.00 p.m.
Filghodu, l-impjegati tal-Korporazzjoni fil-fergha tal-Customer Care, il-Belt Valletta, jkunu qed jaqdu personalment il-konsumaturi li jmorru f'din il-fergha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN