Left arrow Go Back

Imniedi l-Premju Anzjan tas-Sena 1999

PR1090
Date Icon 12/07/1999

Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, qed jerga' jniedi il-premju "ANZJAN TAS-SENA" 1999. Din hija s-sitt sena li s-Segretarjat qed jorganizza dan il-Premju Nazzjonali.

Dettalji dwar din l-inizjattiva nghataw mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, waqt konferenza ta' l-ahbarijiet, li fiha introduca lill-membri tal-Bord ta' l-Ghazla li jridu jaghzlu lill-Anzjan jew Anzjana tas-Sena 1999.

Dr Mifsud Bonnici qal li permezz ta' dan il-premju, il-Ministeru ghall-Politika Socjali jaghti rikonoxximent xieraq lil dik il-persuna anzjana li, bil-mod kif izzomm ruhha attiva fi xjuhitha, qed tkun ta' ispirazzjoni ghall-anzjani l-ohra.

Fil-fatt, qal Dr Mifsud Bonnici, l-ghanjiet li ghalihom jinghata dan il-Premju huma,

  • L-gharfien tas-servizz li l-persuna anzjana taghmel, b'mod volontarju, ma' min ikun jehtieg,
  • L-gharfien tas-servizz lill-persuna anzjana li, bil-karattru u bl-attivit'? taghha waqt li hi rtirata, hi ta' ezempju ta' kreattivit'? u, jew, ta' integrit'? u li hi b'hekk ta' ispirazzjoni ghall-anzjani l-ohra,
  • L-gharfien lil dik il-persuna anzjana li fi xjuhitha irnexxielha tizviluppa l-kultura generali jew personali, tippromwovi s-solidarjet'? bejn il-generazzjonijiet u taghti kontribut lis-socjet'? in generali.

Dr. Mifsud Bonnici kompla jghid li ghal dan il-Premju jistghu jigu nominati nisa u rgiel li ghalqu l-Et'? tal-Pensjoni matul din is-sena. Dawk nominati jridu wkoll ikunu cittadini Maltin u li normalment jghixu Malta jew Ghawdex.

Dr. Mifsud Bonnici enfasizza l-fatt illi l-Premju "Anzjan tas-Sena" 1999, ghandu sinifikat akbar billi din is-sena hija s-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani, kif imnedija mill-Gnus Maghquda. Is-serata ta' l-ghoti ta' dan il-Premju ser issir il-Gimgha, l-1 ta' Ottubru 1999, fit-Teatru tar-Residenza San Vincenz de Paule. Bhal ma kien sar bejn l-1993 u l-1996, din is-serata ser tkun taht il-patrocinju tal-President ta' Malta u s-Sinjura tieghu. F'dik il-gimgha ser isiru wkoll attivitajiet ohra, bhala celebrazzjoni ta' dan il-jum in konnessjoni wkoll mas-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani.

Il-persuna anzjana maghzula tinghata trofew u plattin tal-fidda. Dawk kollha nominati jinghataw certifikat ta' tifkira.

Waqt din il-konferenza ta' l-ahbarijiet, Dr Antoine Mifsud Bonnici introduca lil membri tal-Bord ta' l-Ghazla, li huma – is-Sur Lewis Portelli, (Chairperson), is-Sur Alfred Zahra, is-Sur Sydney Barbara, is-Sur Angelo Azzopardi, Ms Gloria Mizzi, u Ms Bernardette Psaila (Membri). Is-Sur Francis Pace huwa s-Segretarju.

Aktar informazzjoni u formoli ghan-nominazzjonijiet jistghu jingabru minghand is-Segretarju tal-Kumitat, Segretarjat Parlamentari, Ministeru ghall-Politika Socjali, 310, Triq ir-Repubblika, Valletta, (numru tat-telefon 25903493). In-nominazzjonijiet iridu jaslu ghand is-Segretarju sa nofs in-nhar tal-Gimgha, 6 ta' Awissu 1999.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow