Left arrow Go Back

Stqarrija bi twegiba ghal dak li qal il-Kap ta' l-Oppozizzjoni dwar fondi mill-Unjoni Ewropea

PR1089
Date Icon 10/07/1999

Fl-istqarrija tieghu l-Kap ta' l-Oppozizzjoni jitkellem dwar fondi li l-Unjoni Ewropea mpenjat ruhha biex tghaddi lil Malta taht ir-raba' protokoll finanzjarju li kien konkluz fi zmien il-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996. Il-Gvern Laburista ta' wara ma rnexxilux juza anqas sold wiehed mill-fondi allokati sakemm kellu jiskadi l-protokoll f'Ottubru ta' l-1998.

Il-fondi allokati bhala ghotja kienu jlahhqu ghal 15-il miljun ECU u l-Gvern Malti sa qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kien hejja progetti biex juza b'mod shih dawn il-fondi. Madankollu wara li ffriza l-applikazzjoni ta' Malta, il-Gvern Laburista kellu jibda jahdem mill-bidu biex juza l-flus tal-protokoll fuq progetti ohra ghax il-Kummissjoni Ewropea ma hallietx lill-Gvern ta' Dr Alfred Sant ihaddem il-progetti li hejja l-Gvern Nazzjonalista. Dan fisser li l-15-il miljun ECU thallew kollha fuq l-ixkaffa.

Meta s-sena li ghaddiet l-Unjoni Ewropea giet biex talloka l-fondi ghall-1999 u thejji l-‘budget' taghha fuq il-bazi ta' l-infieq li kien sar fis-sentejn ta' qabel, sabet li Malta ma nefqet xejn mill-‘budget' allokat lilha. Wara l-elezzjoni ta' l-1998 il-Gvern il-gdid sab li m'hux biss ma ntefaq xejn mill-flus allokati, izda li l-protokoll kien wasal biex jiskadi. Il-Gvern Nazzjonalista kellu mill-ewwel jinnegozja estensjoni tal-protokoll sa l-ahhar ta' din is-sena. Dan irnexxielu jaghmlu minkejja li l-Gvern Laburista ta' qabel ma rnexxielux.

Kien u ghadu fatt maghruf li Malta qed ikollha thallas ghall-politika minghajr direzzjoni ta' Dr Alfred Sant u l-Gvern li kellu. Minhabba l-politika ta' Dr Sant, Malta tilfet sentejn zmien li fihom setghet tassigura li l-fondi li l-Unjoni Ewropea allokat ghal Malta jintefqu fl-interess taghna.

Il-qaghda llum hi li ser ikun possibbli ghal Malta li tonfoq 5 miljun ECU waqt li l-Gvern qed jipprova biex aktar flus ikunu jistghu jintefqu din is-sena skond proceduri li permezz taghhom jinstabu flus minn partijiet ohra tal-‘budget' ta' l-Unjoni.

Dan hu aktar difficli llum minhabba li l-Unjoni Ewropea ghandha quddiemha spejjez li ma stennietx b'rizultat tal-gwerra tal-Kossovo.

Fl-istqarrija tieghu, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni jitkellem qisu l-politika tal-Gvern ghandha konsegwenzi ehrex ghall-industrija Maltija milli kienet il-politika tal-gvern li kellu hu.

Mill-gdid jitkellem dwar l-impenn tal-Gvern li jnehhi l-‘levies' protettivi daqs li kieku dawn kienu xi konsegwenza ta' l-ishubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-Gvern ta' Dr Sant kien ftiehem bil-miktub ma' l-Unjoni Ewropea li l-‘levies' protettivi jkunu telqu kollha fi zmien tlett snin minn meta kellhom ikunu ffirmati l-ftehim dwar iz-zona ta' kummerc hieles. Dan ifisser li Dr Alfred Sant impenja ruhu li jnehhi l-‘levies' fl-istess zmien, jekk m'hux anqas, mill-programm tal-Gvern prezenti. U dan minghajr l-ghajnuna li l-Unjoni Ewropea taghti lill-pajjizi li jkollhom applikazzjoni ghas-shubija.

L-istess jinghad ghall-agrikoltura li, minkejja l-istqarrijiet bla verita' tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni, ma jistax jincahad li l-Gvern ta' Dr Alfred Sant kien qabel li jnehhi l-‘levies' minn fuq l-agrikoltura wkoll, u fl-istess tlett snin li jnehhi l-‘levies' l-ohra.

Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni ghal darb'ohra kompla bl-isforz tieghu li jinforma b'mod skorrett u qarrieq lill-pubbliku. Ta' min jghid izda li ghadda ftit zmien wisq biex l-izbalji u l-inkonsistenzi tal-politika tieghu meta kien fil-Gvern, u llum li rega' fl-Oppozizzjoni, jistghu jintesew.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow