Stqarrija mill-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali bi twegiba ghall-Rapporti dwar Bojkott Turistiku mill-Grupp "Justice for Britons Murdered Abroad"
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali jixtieq iwie'eb għal diversi rapporti li kienu ppubblikati f''urnali lokali fejn il-grupp ‘Justice for Britons Murdered Abroad' - JBMA - kien kwotat li qal li qed jikkunsidra jsejjaħ għal bojkott turistiku kontra Malta. Dan minħabba dak li qed isejjħu bħala proċeduri ta' estradizzjoni obsoleti u arkajċi li għandha Malta. Dan il-grupp allega wkoll li l-awtoritajiet Maltin issa qed jikkunsidraw talba tal-pri'unier E'izzjan li jinsab akkużat bi qtil ta' ċittadin Brittaniku fit-Turkija, għal kenn politiku.
Il-Ministeru jixtieq jiċċara li m'hemm l-ebda talba għal kenn politiku minn dan il-pri'unier E'izzjan u għaldaqstant ma jistax jikkunsidra talba li qatt ma saret.
Il-Ministeru jixtieq jiċċara wkoll l-akkuża infondata dwar il-proċeduri ta' estradizzjoni li l-JBMA sejjaħ bħala arkajċi u obsoleti. Il-proċeduri ta' estradizzjoni adottati mill-Gvern Malti huma l-istess bħal dawk fil-ma''oranza ta' pajjiżi demokratiċi fid-dinja kollha.
Dwar l-assigurazzjoni li l-JBMA qed tgħid li kienet mogħtija mill-Gvern Tork li l-E'izzjan, jekk misjub ħati mhux se jingħata l-piena kapitali, il-Gvern Malti jixtieq jiddikjara li din l-assigurazzjoni ma ngħatatx. Ta' min jgħid ukoll li Malta mhux l-ewwel pajjiż li qed jimxi b'dan il-mod f'każ fejn pajjiż għad għandu li'ijiet li jikkomtemplaw il-piena kapitali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN