Tqassim ta' aktar minn Lm9,200 affarijiet mill-Community Chest Fund
Dalghodu fil-Palazz tal-President, il-Belt, saret cerimonja qasira mill-President u s-Sinjura de Marco ghan-nom tal-Malta Community Chest Fund.
F'din ic-cerimonja tqassmu b'kemm jiswew aktar min Lm9200 f'dawk li huma apparat specjalizzat ghal individwi bi bzonnijiet specjali, ghajnuna specifika ghal min hu fil-bzonn, numru ta' ‘white goods', kif ukoll certu taghmir mediku partikolari.
Tlett ghaqdiet u wiehed u sittin individwi (61) gawdew mill-ghotjiet tal-lum.
F'diskors qasir li ghamel, il-President semma l-importanza li dawn il-prezentazzjonijiet ikun jaf bihom il-pubbliku li ghandu dritt ghas-sodisfazzjon ta' fejn qed imorru l-flus li jingabru. Huwa sahaq pero' fuq il-kunfidenzjalita' ta' l-individwi li jircievu l-ghajnuna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN