Tnedija ta? skema ta? laqghat ghan-Negozjanti ma? industrijalisti li ghamlu success
Bl-iskop li l-industrija Maltija tkun aktar organizzata u professjonali, tnedhiet skema ta' laqghat ghan-negozjanti ma' industrijalisti li ghamlu success biex b'hekk jiksbu l-esperjenza mehtiega u jtejbu l-produzzjoni filwaqt li jharsu wkoll lejn l-esportazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari ghas-Servizzi Ekonomici Edwin Vassallo qal dan waqt zjara li ghamel fil-kumpanija Playmobil (Malta) Ltd. fil-qasam industrijali ta' Bulebel.
Is-Sur Vassallo qal illi ser ikun hemm ukoll laqghat ma' Banek u ghaqdiet tan-Negozju li joffru servizzi kif ukoll ser isiru laqghat ma' studenti Universitarji u tas-Snajja. Waqt il-laqghat ser jinghata taghrif dwar l-operat ta' dawn l-industriji u kif dawn irnexxielhom jaghmlu success fis-setturi rispettivi taghhom.
Is-Sur Vassallo qal li l-iskema t'ghajnuna finanzjarja li joffri l-Gvern wahedha m'hijiex bizzejjed biex issir ristrutturazzjoni ta' l-Industrija. Irid ikun hemm ukoll bidla fil-mentalita' biex in-negozjant jara x'jista' jaghmel biex itejjeb l-operat tieghu u jikkompeti.
Ghalkemm ghajnuniet finanzjarji huma ta' mportanza, wiehed ma jistax jinjora u jaghti prijorita l-bzonn ta' aggornament kontinwu dwar x'hinuma l-fatturi u d-decizjonijiet li jkunu qeghdin iwasslu ghas-success fl-industrija.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm jghid li dawn il-laqghat ser iservu biex industrijalisti u negozjanti jibdlu idejat u esperjenzi ma' xulxin. B'rizultat t'hekk, in-negozjant ikun jista' jiehu decizjonijiet aktar meqjusa u bil-ghaqal. B'hekk jintlahaq ahjar l-ghan ta' kull ghajnuna finanzjarja li tigi allokata mill-Gvern biex jirristruttura n-negozju.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN