Left arrow Go Back

Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd iwiegeb ghal diskors tal-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppozizzjoni dwar il-biedja, l-Onor. Noel Farrugia

PR1027
Date Icon 02/07/1999

B'referenza ghal dak li qal il-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppozizzjoni dwar l-esportazzjoni tal-basal, il-Ministru Ninu Zammit illum qieghed jippubblika l-fatti, u mhux allegazzjonijiet u supposizzjonijiet.

L-ewwel fatt johrog car anki mill-istqarrija tas-Sur Farrugia stess. Huwa qed jirreferi kontinwament ghall-esportazzjoni ta' basal fl-1997. Il-Ministru Zammit spjega li din l-esportazzjoni kienet saret fuq inizjattiva ta' agent privat, li anke haseb biex gab iz-zrieragh. Kif jista' jifhem kulhadd, biex tesporta prodott agrikolu, trid tkun impurtajt iz-zrieragh partikolari ghal dan il-prodott minn zmien qabel. Dan kien sar mill-agent,qabel ma l-Onorevoli Farrugia kien ghadu sar Ministru. Il-fatt li ix-xoghol li sar kien gie konkluz b'kumbinazzjoni fi zmienu, ma jaghtihx il-mertu.

It-tieni fatt huwa li, meta kien Ministru l-Onorevoli Farrugia fl-1998 ma saret l-ebda esportazzjoni ta' basal, u ma sarux preparamenti jew pjanijiet sabiex jigi mizrugh basal ghall-esportazzjoni ta' din is-sena. Barra minn hekk, huwa ircieva korrispondenza mill-importatur Olandiz, ezattament fit-18 ta' Gunju 1998, fejn dan infurmah li din l-esportazzjoni kienet ser tfisser telf ta' flus. ("We feel it is a waste of money." )

It-tielet fatt ta' interess generali huwa l-valur ta' flus li rcevew il-bdiewa tal-basal esportat fl-1997. Gew esportati 78 tunnellata, u mhux 55 kif qal l-Onorevoli Farrugia. Kienu involuti madwar 50 biedwi li hadu bejniethom is-somma totali ta' Lm5,835 (medja ta' Lm112 kull biedwi) Din hi s-somma reali li qed jipprova jaghmel tant hoss biha l-Onorevoli Farrugia sostna l-Ministru Ninu Zammit. Il-prezz medju li thallas lill-bdiewa kien ta' 7c5 kull kilo, li irid jitqies fid-dawl tal-prezzijiet attwali fil-Pitkalija, fejn il-basal qed igib prezz medju li jvarja minn 6c sa 9c il-kilo, skond il-pitkal u skond il-kwalita tal-prodott.

Il-Ministru rega tenna dak li qal din il-gimgha, jigifieri li qabel ma tista' ssir esportazzjoni ta' basal li trendi verament, irid isir l-istudju u l-provi fil-farm tal-Gvern dwar l-ahjar varjeta' li barra li jkollha suq Ewropew, tkun addattata biex titkabbar taht il-kundizzjonijiet lokali, u tilhaq is-suq kmieni biz-zejjed ghall-ahjar prezz possibbli. Il-preparamenti u l-kuntatti necessarji sabiex isir dan ix-xoghol inbdew, u meta jkun hemm rizultati konkreti, bhal fil-kaz tal-prezzijiet rekord ghall-patata Sante, l-Onorevoli Farrugia jista' jserrah rasu li jithabbru, temm jghid il-Ministru Ninu Zammit.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow