Quality Service Charters: Impenn shih mill-haddiema tal-Gvern f'Ghawdex
Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, li huwa wkoll responsabbli mir-Riforma fis-Servizz Pubbliku, dal-ghodu attenda ghat-tnedija ta' zewg Quality Service Charters ta' zewg dipartimenti tal-Gvern fil-gzira Ghawdxija, id-disa' u l-ghaxar Charters mhabbra s'issa. Attendiet ukoll l-Onor. Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex.
Meta tkellem fis-sezzjoni Ghawdxija tad-Dipartiment tat-Toroq, il-Ministru Gatt qal li huwa ta' min ifahhru dan l-impenn li qed jiehdu l-haddiema ta' din is-sezzjoni, u rrefera ghal dan l-istess impenn bhala wiehed ambizzjuz meta wiehed jikkunsidra li qed nitkellmu dwar toroq, fejn l-aktar fattur importanti mhuwiex biss dak li wiehed jaghmel it-toroq izda li jzommhom ta' certu livell.
Dr. Gatt ghamel diskors qasir ukoll fil-Librerija Pubblika Ghawdxija, fejn tkellem dwar l-importanza tal-teknologija ta' l-informazzjoni, b'mod partikolari ghall-poplu Ghawdxi. Huwa fahhar l-introduzzjoni tas-servizz ta' l-internet fil-Librerija Ghawdxija u fl-istess hin sostna li ghad jigi zmien li mhuwiex ‘l boghod fejn l-istess servizz li qed jinghata minn din il-Librerija jibda jinghata mill-Kunsilli Lokali permezz ta' l-infrastruttura kompjuterizzata li se jkun hemm li tghaqqad l-istess Kunsilli mad-Dipartimenti tal-Gvern, inkluz id-Dipartiment tal-Libreriji. Huwa qal li dan se jkun possibbli sas-sena d-diehla.
Dr. Gatt sostna li d-direzzjoni li rridu nimxu fiha hija din, u li din ghandha bzonn il-haddiema sabiex titwettaq bl-ahjar mod possibli.
Fiz-zewg okkazjonijiet Dr. Gatt qal li dawn ic-Charters huma frott ta' l-impenn u d-dedikazzjoni tal-haddiema, u li huwa ta' min jammira, r-responsabbilita' li qed jidhlu ghalija dawn l-impjegati tas-settur pubbliku.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN