Sensiela ta' diskussjonijiet ta' Informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea fil-Padiljun ta' Malta: L-Ambjent
Il-'imgħa li 'ejja se ssir l-ewwel minn sensiela ta' laqgħat bejn il-Ministru għall-Ambjent, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern u uffiċjali għolja mill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, mid-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent u mid-Dipartiment għall-Implimentazzjoni ta' l-Istrate'ija ta' l-Iskart bl-iskop li tibda tkun riżolta l-problema ta' l-iskart f'pajjiżna.
Dan svelah il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech waqt diskussjoni bit-tema l-Ambjent m'hux Lussu, li saret fil-padiljun tal-Gvern Malti fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta, nhar il-'?amis l-1 ta' Lulju. Fid-diskussjoni, li tmexxiet mill-'urnalista Ivan Camilleri, ħadu sehem ukoll is-Sur Adrian Mallia, mill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, u Ms Anne Marie Sciberras.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li f'dawn l-aħħar disa' xhur saru għadd ta' preżentazzjonijiet dwar diversi soluzzjonijiet li jista' jkun hemm għall-problema ta' l-iskart f'pajjiżna. Hu tenna li l-Gvern irid ifassal politika li tkun tkopri l-oqsma kollha ta' l-iskart u li tkun ibbażata fuq strate'ija dwar l-immani''jar ta' l-iskart u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni. Hu semma li la darba tibda titwettaq din il-politika, tibda tkun riżolta wkoll il-problema tal-miżbla tal-Magħtab.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Unjoni Ewropea toffri sfidi u opportunitajiet 'odda fil-qasam ta' l-ambjent għaliex għandha regoli bażiċi li pajjiżna jrid ikun konformi magħhom. Hu żied li għal dan l-iskop, u bħala parti mill-proċess ta' screening li talbet l-Unjoni Ewropea, qed ikunu miflija l-li'ijiet u r-regolamenti ambjentali li għandna ħalli dawn isiru konformi mal-li'ijiet ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan il-proċess ta' screening, kompla l-Ministru għall-Ambjent, jinsab fi stadju avvanzat. Sar eżerċizzju fejn kienu individwati l-li'ijiet li jridu jinbidlu jew jissaħħu, u fejn iridu jsiru li'ijiet 'odda. Fl-istess waqt qed tintalab l-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari ta' nies li għandhom esperjenza fis-settur ekonomiku u legali, u fil-bini ta' istituzzjonijiet ambjentali.
Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll li l-abbozz li tlesta ħalli ssir li'i 'dida dwar il-ħarsien ta' l-ambjent qed jer'a' jkun mifli klawsola klawsola biex ikun żgurat li din il-li'i 'dida, li tfasslet bl-għajnuna tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP), tkun kompatibbli mal-le'islazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.
Hu enfasizza l-fatt li pajjiżna għandu jsegwi l-politika ambjentali ta' l-Unjoni Ewropea mhux għax is-sħubija titlob dan, iżda għaliex din il-politika hi ta' benefiċċju għall-pajjiżna u allura għandna nsegwu dak li hu tajjeb u ta' 'id għal pajjiżna. Hu qal li l-bażi ta' din il-politika ambjentali hi fuq il-prinċipju tal-prevenzjoni biex ma ssirx ħsara lill-ambjent.
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għar-rapport li tħejja dan l-aħħar minn grupp ta' esperti dwar l-istat ta' l-ambjent f'pajjiżna. Hu qal li dan ir-rapport qed ikun studjat mill-Gvern bl-iskop li aktar 'il quddiem ikun disponibbli wkoll għall-pubbliku. Dan għaliex il-poplu għandu dritt għall-informazzjoni filwaqt li l-Gvern għandu l-obbligu li jgħaddi din l-informazzjoni ħalli kulħadd ikun jaf x'inhu l-istat ta' l-ambjent f'pajjiżna.
Hu semma wkoll li l-Gvern qed jikkunsidra l-possibbilt'? li pajjiżna japplika biex jissieħeb fl-A'enzija Ambjentali Ewropea. Din twaqqfet fl-1994 bl-iskop, fost l-oħrajn, li tipprovdi informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika lill-Istati Membri u mhux membri għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' miżuri u li'ijiet biex iħarsu l-ambjent. Permezz ta' sħubija, Malta jkollha dritt għal għajnuna kemm finanzjarja, kif ukoll teknika fil-qasam ta' l-ambjent.
Waqt id-diskussjoni, Anne Marie Sciberras semmiet l-għajnuna li qed tagħti l-Unjoni Ewropea anki lil pajjiżi li għandhom m'humiex membri biex jitwettqu pro'etti biex iħarsu l-ambjent.
Adrian Mallia irrifera għall-impenn ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar favur it-tħaris ta' l-ambjent. Hu semma wkoll ix-xogħol li sar fuq ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura, li issa se jkun ikopri perjodu ieħor ta' 10 snin sas-sena 2010. Barra minn hekk l-Awtorit'? qed taħdem fuq ħames Pjani Lokali oħra kif ukoll fuq tliet subject plans dwar il-kosta, l-immani''jar ta' l-iskart u l-barrieri.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN