Il-Ministru ta' l-Intern iwiegeb lill-kelliema ta' l-Oppozizzjoni dwar l-organizzazzjoni ta' Rave Parties
PR1005
30/06/1999
B'referenza ghall-istqarrija mahruga mid-Deputati Laburisti Karl Chircop u Marie Louise Coleiro dwar ir-rave parties ghandu jinghad dan li gej;
- Ma hemmx bzonn ta' permess specjali ghall kull xorta ta' party fejn isir iz-zfin, meta dan isir go post ta' divertiment licenzjat.
- Hemm bzonn ta' permess meta disco jew party isir barra post licenzjat; u r-risposta Parlamentari msemmija fl-istqarrija tad-Deputati Laburisti, tirreferi biss ghal applikazzjonijiet barra post licenzjat.
- Il-Pulizija tiehu passi ta' prevenzjoni u kontroll kull darba li jkun hemm disco jew party ta' certa entita` barra jew gewwa post licenjzat.
- Ir-Regolamenti li se jigu ppubblikati dalwaqt, jikkontrollaw aktar is-sitwazzjoni ghal kull post ta' divertiment u kontroll aktar fil-kaz ta' avvenimenti barra post ta' divertiment.
- Meta mietu n-nies f'Awissu tal-1998 waqt party f'Ghawdex ma sar xejn. Malli dan il-Gvern rebah l-elezzjoni tal-1998, beda process ta' tfassil ta' regolamenti godda li, wara process ta' konsultazzjoni se jintroduci mizuri godda li haddiehor kien jaf jitkellem biss dwarhom u qatt ma wettaqhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN