Iffirmat Ftehim ghal Day Centre f'Hal Luqa
"Ghall-Gvern prezenti, l-anzjani qeghdin fuq nett fl-agenda tal-politika tieghu. Il-Gvern huwa konxju li mhux bizzejjed li lill-anzjani taghtihom pensjoni tajba biex jghixu hajjithom f'kumdit'? relattiva kif kienet il-mentalit'? sa ftit snin ilu, izda bil-mod dahhalna kultura gdida fil-pajjiz li l-persuna anzjana jehtigilha l-appogg tal-komunit'? kollha biex tghix il-bqija ta' hajjitha bl-akbar dinjit'?" B'dan id-diskors, Dr Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, fetah seminar dwar id-Day Centres is-Sibt li ghadda.
Ghalkemm mhux possibbli li kull belt jew rahal f'Malta jkollu Day Centre, il-Gvern dig'? ghandu 8 Day Centres – Hamrun, Sliema, Qormi, Dingli, Mtarfa, Zurrieq, Zejtun u B'Kara; u 2 f'Ghawdex, Ghajnsielem u x-Xaghra.
F'Gunju 1997, il-Kunsill Lokali ta' Hal Luqa xtara post fi Triq il-Gdida, Luqa, fejn qabel kien hemm il-Mid-Med Bank, sabiex eventwalment jintuza bhala Day Centre. Ghalkemm il-Gvern ta' dak in-nhar kien wieghed l-appogg tieghu lil Kunsill biex f'Hal Luqa jkun hemm Day Centre, f'April 1998, il-Gvern kien gharraf lil-Kunsill li ma kienx hemm flus ivvutati biex dan id-Day Centre isir.
B'din l-Iskrittura Privata li qed tigi ffirmata quddiem in-Nutar Franco Pellegrini, Nutar tal-Gvern, id-Dipartiment tal-Harsien ta' l-Anzjani u l-Kunsill Lokali Luqa, qeghdin jiftiehmu kif il-post imsemmi ser jigi konvertit f' Day Centre u kif ser jiffunzjona aktar 'il quddiem.
Dr. Mifsud Bonnici rega' enfasizza l-importanza ta' dawn id-Day Centres fil-politika tal-Gvern li jkompli jipprovdi u jtejjeb servizzi fil-komunit'? biex l-anzjani jkunu jistghu jkomplu jghixu f'darhom sakemm hu possibbli. Huwa appella lil Kunsilli Lokali li f'dan ir-rigward iridu jaghtu l-kontribut taghhom specjalment biex titkompla tingabar l-informazzjoni mehtiega dwar l-anzjani li jghixu f'kull lokalit'? permezz tal-progett INFO-ANZJAN.
Dr. Mifsud Bonnici irringrazzja lis-Sindku u lil Kunsill Lokali ta' Hal-Luqa li mhux biss xtraw il-post, izda wkoll ser jidhlu ghal parti tal-ispejjez involuti fir refurbishment ta' dan il-post. Irringrazzja wkoll lill-Ufficjali tad-Dipartiment ghal Harsien ta' l-Anzjani tal-koperazzjoni taghhom u lin-Nutar Franco Pellegrini tal-pacenzja li dejjem jiehu meta jigi mitlub biex jifformola dawn il-iskritturi privati.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN