Diskussjonijiet sabiex il-Pubbliku jkun mgharraf izjed dwar Malta u s-shubija fl-Unjoni Ewropea
Il-Partit Laburista illum ippubblika ittra li baghat lic-Chairman tal-Awtorita tax-Xandir dwar id-diskussjonijiet li ser isiru gewwa il-Padiljun ta' Malta matul il-Fiera Internazzjonali. Il-Partit Laburista qieghed joggezjona ghal dawn id-diskussjonijiet minhabba li jqis l-Unjoni Ewropea bhala suggett ta' kontroversja politika.
Il-Partit Laburista forsi ma intebahx li hdax mit-tlettax id-diskussjoni li qeghdin jigu organizzati huma ta' natura teknika u informativa. Fil-fatt, tnejn minn dawn id-diskussjonijiet huma propju fuq kif il-pubbliku jista jikseb aktar informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea. F'kull laqgha il-pubbliku ser ikun jista' isaqsi lill-panel ta' nies teknici u kwalifikati fuq l-impatt ta' shubija fuq is-settur li jkun qed jigi diskuss.
Ma' dawn hemm zewg diskussjonijiet ohra li wahda minnhom hija diskussjoni politika u l-ohra intervista mal-Prim Ministru. Ghad-diskussjoni politika gew mistiedna sabiex jippartecipaw Dr Joe Borg, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Dr George Vella kelliem ghall-Affarijiet Barranin tal-Partit Laburista kif ukoll Dr Wenzu Mintoff Chairperson tal-Alternattiva Demokratika. Ta' min jghid li din hi l-ewwel darba li Partit li mhux fil-Gvern gie mistieden sabiex jippartecipa f'attivita gewwa il-Padiljun ta' Malta. Ghalhekk wiehed ma jistax jifhem kif il-Partit Laburista qieghed jitkellem fuq zbilanc politiku.
L-ahhar mis-sensiela ta' laqghat ser tkun intervista mal-Prim Ministru. Huwa dmir tal-Prim Ministru li jaghti l-hsibijiet u l-visjoni tieghu fuq il-process ta' shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Il-Gvern qieghed jiehu din l-opportunita sabiex ikompli jaghti informazzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea. Dan sabiex il-pubbliku ikun mgharraf fuq l-aspetti differenti ta' shubija fl-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN