Il-Ministru tal-Finanzi jichad li ta xi transfer lil xi ufficjal tad-Dwana u jordna investigazzjoni
Id-diskors li ghamel il-bierah l-Onor Evarist Bartolo dwar it-trasferiment ta' ufficjal tad-Dwana fl-ajruport, kien mibni fuq il-gidba li "l-Ministru Dalli ghamel it-transfer". Imbaghad kien nisga ta' nsinwazzjonijiet li jibnu fuq l-agenda tal-Partit Laburista mahsuba li joskuraw lill-Ministru Dalli.
Il-Ministru Dalli jichad kategorikament li hu b'xi mod kellu x'jaqsam mat-transfer ta' dan l-ufficjal. Din bhal ohrajn bhalha, hi decizjoni li taqa' taht ir-responsabbilita' tal-kap tad-Dipartiment. Din l-informazzjoni kienet diga' nghatat lill-Onor. Evarist Bartolo f'risposta ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7816 (kopja mehmuza).
Rigward l-allegazzjonijiet li ghamel is-Sur Evarist Bartolo dwar is-sezzjoni tad-Dwana fl-Ajruport, il-Ministru Dalli ordna li jsiru nvestigazzjonijiet immedjati u ntensivi dwarhom.
Dwana - Impjegat
MISTOQSIJA PARLAMENTARI NRU. 7816
L-ONOR. EVARIST BARTOLO: Staqsa lill-Ministru tal-Finanzi
Jista' l-Ministru jghid x'inhuma r-ragunijiet li ghalihom l-impjegat tad-Dwana, li ismu qed jintbaghat separatament, gie trasferit mix-xoghol tieghu fit-Taqsima tad-Droga, Dwana fl-ajruport?
Ma jahsibx il-Ministru li trasferimenti bhal dawn jistghu jibaghtu messaggi zbaljati li min jiggieled kontra d-droga mhux qed jigi nkoraggit anzi jista' jigi nterpretat li qed jigi kkastigat?
14/06/1999
RISPOSTA
Trasferimenti minn sezzjoni ghal ohra jsiru minn zmien ghal zmien skond il-htigijiet, l-ezigenzi u c-cirkustanzi tal-mument. Wiehed jista' jsemmi li bejn April 1996 u Gunju ta' din is-sena hargu ghaxar Transfer lists tal-Customs Class li f'hamsa minnhom kien hemm involuti xi membri tat-Taqsima tad-Droga. Il-persuna li qed jalludi ghaliha l-Onorevoli Interpellant kienet wahda minnhom.
Ma nahsibx li transfer f'dipartiment ghandu jigi interpretat bhala xi kaz ta' messaggi zbaljati jew ta' xi kastig. Huwa semplici fatt li fic-cirkustanzi ezistenti tinhass il-htiega li jsir xi tibdil. Naturalment, dejjem jigri li jkun hemm min ikun lest jaccetta l-bidla u ohrajn li jsibuha aktar iebsa.
Seduta 126
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN