Left arrow Go Back

Il-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni tkecci 70 immigrant klandestin

PR0959
Date Icon 21/06/1999

Matul l-ahhar gimghatejn, il-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni rnexxielha tibghat lura f'pajjizhom madwar 70 immigrant klandestin li kienu residenti b'mod temporanju fil-kwartieri generali ta'l-iSpecial Assignment Group f'Ta' Kandja. Il-bicca l-kbira ta' l-immigranti ddeportati kienu Egizzjani, Nigerjani u ohrajn mill-Ghana.

Bhalissa ghad baqa' biss 53 immigrant illegali f'zewg dormitorji li jesghu 72 ruh. Hemm ukoll sitt immigranti nisa li qed jinzammu fil-barracks tal-Forzi Armati ta' Malta f'Hal Far.

Barra minn hekk il-Pulizija ghandha d-dokumenti tal-bicca l-kbira ta' l-immigranti li baqa' u ghaddejja f'arrangamenti mal-linja ta' l-arju Aeroflot biex dawn ukoll jigu deportati fil-gimghat li gejjin.

Fl-ahhar xhur kien hemm influss mhux mistenni ta' immigranti klandestini fi zmien qasir. Fit-13 ta' Marzu ta' din is-sena dahlu 70 immigrant klandestin li kienu nqabdu fil-Qawra. Dawn kollha gew iddeportati minbarra wiehed li talab status ta' refugjat u t-talba tieghu ghadha qed tigi kkunsidrata.

Fit-22 t'April zdiedu 23 klandestin iehor u li kollha gew iddeportati. Kien hemm ukoll 50 immigrant illegali li nqabdu fit-30 ta' Mejju. Minn dawn 45 gew iddeportati minbarra hamsa li t-talba taghhom ghal status ta' refugjati ghadha qed tigi kkunsidrata.

Minhabba dawn l-influssi qawwija, il-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni immexxija mill-Assistant Kummissarju Andrew Seychell, kellha tarma tined li kienu jservu ta' spazju addizzjonali mal-facilitajiet ezistenti f'Ta' Kandja. Illum it-tined m'humiex qeghdin jintuzaw ghax l-ispazju tad-dormitorji huwa bizzejjed.

Mill-53 immigrant klandestin li ghad baqa', 12 ghandhom talba pendenti ta' status ta' refugjati.

Hafna drabi l-immigranti klandestini jkunu minghajr dokumenti ta' identifikazzjoni, jew iqattghuhom qabel jinqabdu mill-Pulizija. Ghalhekk huma ma jkunux jistghu jigu deportati immedjatament. Il-Pulizija ghalhekk tkun trid tinvestiga biex issir taf minn liema pajjiz ikunu gew, imbaghad taghmel l-arrangamenti necessarji biex iggib id-dokumenti minghad l-ambaxxati rispettivi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow