Inawgurati servizzi godda ta' l-informatika mill-Bord ta' l-Appelli dwar l-Ippjanar
Waqt konferenza ta' l-ahbarijiet, il-Ministru ta' l-Intern Tonio Borg u s-Segretarju Parlamentari George Pullicino habbru ghadd ta' servizzi godda li ser ikunu offruti lill-professjonisti u l-pubbliku mill-Bord ta' l-Appelli dwar l-Ippjanar permezz tat-teknologija ta' l-informatika.
Mill-lum ser tibda tinghata informazzjoni lill-pubbliku dwar ix-xoghol li jaghmel l-istess Bord u li tinkludi :
- lista ta' appelli li jircievi l-bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar
- lista ta' l-agendi tal-Bord
- lista ta' l-accessi li jzomm il-Bord
- l-agendi tas-seduti kollha fejn jinqraw lill-pubbliku d-decizjonijiet tal-Bord
- l-agendi tas-seduti, accessi u qari tad-decizjonijiet kollha tal-Bord ta' l-Appelli dwar l-Ippjanar f'Ghawdex.
Din l-informazzjoni kollha tinsab ghad-dispozizzjoni tal-pubbliku u wiehed jista' jaraha fuq il-web sitefuq l-internet ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar fuq pa-malta.org Kull perit ser ikollu access ghad-decizjonijiet kollha tal-Bord ta' l-Appell mill-Kamra tal-Professjonisti li tinsab fil-Planning Shop fil-bini ta' l-Awtorita fil-Furjana.
Posta elettronika
Servizz iehor gdid li gie inawgurat illum kien is-servizz ta' posta elettronika li permezz tieghu l-appellant u l-perit tieghu jkunu jistghu jibaghtu l-appell u s-sottomissjonijiet taghhom bil-miktub lill-Bord ta' l-Appell. L-indirizz ta' l-posta elettronika huwa appeals@pa-malta.org. Gie stabbilit li l-format ghat-test ta' l-appell li jintbaghtu lill-Bord permezz tal-posta elettronika ghandhom ikunu fuq Word 6, Normal Text, Times New Roman u 12 font. L-appellant u l-perit ghandhom dejjem jivverifikaw mas-segretarjat tal-Bord li l-appell u s-sottomissjonijiet taghhom waslu ghand il-Bord.
Pubblikazzjoni ta' ktieb
Xi zmien ilu il-Bord ta' l-Appelli kien inkariga lil Legal (Publishing) Enterprises biex tippublika fuq CD-Rom id-decizjonijiet kollha tal-Bord. 1800 decizjoni moghtija mill-Bord mill-1993 sa l-ahhar ta' April kif ukoll is-sentenzi kollha tal-Qorti ta' l-Appell sa l-ahhar ta' April gew ippublikati fuq ic-CD Rom. Is-CD Rom tinkludi ukoll sistema ta' hyperlink li tghaqqad is-sentenzi tal-Qorti ma' dik tal-Bord ta' l-Appell u vice-versa.
Waqt il-konferenza ta' l-ahbarijiet Dr. Kevin Aquilina LL.D., ipprezenta il-ktieb Development Planning Legislation: The Maltese Experience. Il-ktieb, l-ewwel wiehed fuq is-suggett, fih 708 pagni, jaghti rendikont storiku ta' l-izvilupp tal-Ligi Maltija ta' l-Ippjanar, jaghti lista ta' l-awtoritajiet kollha involuti fil-process ta' l-ippjanar u l-funzjonijiet relattiva taghhom, jiddiskuti l-ligi ta' l-ippjanar, jelenka d-dokumenti kollha ta' l-ippjanar fis-sehh u jistudja l-pozizzjoni legali taghhom. Il-ktieb jiffoka wkoll fuq il-proceduri uzati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-Kummissjoni ghall-Kontroll ta' l-Izvilupp u l-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.
Il-ktieb, ippublikat minn Mireva Publishers, fih kapitlu fuq l-appelli minn terzi persuni, u ohrajn dwar l-ippjanar u l-kontroll ta' l-izvilupp, it-twettiq tal-kontroll, il-procedura ta' l-iskedar ta' propjeta u sigar kif ukoll reati ta' l-izvilupp u l-pieni relattivi.
Huwa ttamat li fil-futur qarib jizdiedu iktar servizzi ta' informatika li jikkoncentraw il-Bord ta' l-Appelli. Fost dawn ser ikun hemm il-minuti kollha tal-Bord, is-sentenzi tal-Qorti ta' l-Appell li jikkoncentraw appelli minn decizjonijiet tal-Bord ta' l-Appell skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp.
Il-Ministru Tonio Borg fisser kif permezz ta' l-informazzjoni teknologika l-Awtorita' tista' ssir iktar trasparenti billi tinforma lill-pubbliku dwar ix-xoghol tal-Bord ta' l-Appelli b'mod immedjat.
Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino sahaq fuq l-importanza li t-teknologija ta' l-informatika sservi bhala ghodda biex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun tista' taghti servizz iktar efficjenti lill-professjonisti u l-pubbliku biex tilhaq l-ghan li ssir iktar customer friendly .
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN