Il-Ministru tat-Turizmu Dr. Michael refalo jaghmel zjara fil-Lukanda Panorama fil-Mellieha
Il-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo kellu hafna kliem ta' tifhir ghas-sidien u l-istaff, meta zar il-Lukanda Panorama fil-Mellieha li ghadha kif giet rinovata.
Ix-xoghol gdid kien jikkonsisti f'bidla tal-mobbli u kmamar tal-banju, l-istallazzjoni ta' sistema ta' arja kondizzjonata u ta' cable television fil-kmamar kollha, kif ukoll ta' generator li jaqdi l-htigijiet kollha tal-lukanda. Is-sidien hadu passi wkoll biex jizguraw li ghal dak li ghandu x'jaqsam ma' sigurt'� u harsien minn nirien l-impjant kollu jilhaq l-oghla livelli Ewropej.
Il-Ministru qal li fil-qasam tal-lukandi ta' Tliet Stilel, l-offerta tal-Gzejjer Maltin tikkonsisti f'8,370 sodda. Jekk ma' dawn jinghaddu l-complexes u aparthotels fl-istess livell jizdiedu madwar 6,600 sodda ohra.
"F'dawn l-ahhar ghaxar snin naqas in-numru ta' lukandi u sodod f'din il-kategorija principalment ghal zewg fatturi: hemm min investa u kabbar il-lukanda, zidilha l-facilitajiet u dahal fil-kategorija Four Star; imbaghad hemm ohrajn li deherilhom li ahjar jinvestu f'oqsma ohra ta' l-ospitalit'� u dahlu f'suq iehor, bhal dak tar-retirement homes. Izda fil-bicca l-kbira, is-sidien tal-lukandi Three Star hassew il-htiega li jtejbu, u hekk ghamlu".
Il-Ministru Refalo fahhar l-ghaqal u l-hsieb tas-sidien, is-sinjuri Vella, li nvestew bis-shih biex itejbu l-impjant u s-servizz fil-lukanda b'mod li l-prodott offrut minnhom sar aktar attraenti, komdu u kompetittiv.
"Jekk naghtu harsa lejn l-istatistika ghas-sena 1998, dwar il-length of stay fil-lukandi nsibu li l-medja li turist joqghod f'lukanda Five Star hi ta' sebat ijiem, dik f'lukandi Four Star kwazi disat ijiem u f'dawk Three Star li maghhom nghoddu l-Holiday complexes mal-ghaxart ijiem".
Filwaqt li minnu li l-length of stay u allura n-numru totali ta' guest nights "qed jonqos ta' kull sena, dak li semmejt juri li x-xoghol li jigi principalment permezz ta' tour operators, l-aktar dawk Inglizi, qed imur fil-lukandi 3 u 4 Star waqt li l-lukandi Five Star, fil-bicca l-kbira, qed jaqdu l-htigijiet ta' business traffic, konferenzi, gruppi, incentivi u turisti li jaghzlu li jsiefru ghal rashom".
Il-Ministru zied ighid li waqt li jkun hemm okkazzjonijiet fejn is-swieq jiltaqghu, jidher li biz-zmien il-kategoriji differenti ta' lukandi qed jirbhu s-suq li tassew gew mibnija ghalih.
"Dan l-ahhar semmejt l-incentivi ezistenti ghas-settur tal-lukandi u dwar rapport li ghadu kif tlesta. Dan juri li ftit kienu s-sidien ta' lukandi Three Star li hadu vantagg mill-iskemi. Jidhirli li jehtieg li fir-revizjoni proposta ghandhom jigu kunsidrati incentivi aktar attraenti ghall-faxx ta' lukandi Three Starli ma jinkludix biss l-aspetti strutturali izda fuq kollox dak tat-tahrig tal-personnel li jkun dig'� impjegat fil-lukanda."
Il-Ministru Refalo tenna li biex l-industrija tmur 'l quddiem, jehtieg investiment kontinwu. Il-Gvern irid jizgura infrastruttura adegwata u spazju biex is-settur privat ikun jista' jizviluppa waqt li s-settur privat irid jizgura prodott dejjem ahjar.
"Waqt li l-Gvern investa miljuni kbar fl-infrastruttura u llum m'ghandux problemi ta' energija, telefon u telekommunikazzjonijiet, baqghalna l-problema tat-toroq. Din problema li sar hafna xoghol dwarha u trid u ser tigi solvuta fil-medda ta' snin li gejjin."
"Fl-istess hin is-sinjuri Vella qraw tajjeb is-sinjali taz-zminijiet u mxew fid-direzzjoni t-tajba ghall-gid taghhom, ta' min jahdem maghhom, tat-turisti li jigu ghandhom u fuq kollox ghall-istess dehra u reputazzjoni ta' Malta bhala destinazzjoni turistika. Ghal dan infahhruhom u nirringrazzjawhom."
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN