Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jhabbar sensiela ta' laqghat dwar tibdil fil-ftuh ta' hwienet nhar ta' Hadd u Festi Pubblici f'zoni Turistici
Fi sforz li naraw li jkollna ligijiet li jirriflettu aktar il-htigijiet tan-negozju u l-izvilupp socjo-kulturali li jkun sar maz-zmien, dan l-ahhar wara dibattitu miftuh il-Gvern ta d-direzzjoni tieghu dwar x'tibdil jidhirlu li ghandu jsir fl-Avviz Legali li jirregola x'negozji jistghu jifthu nhar ta' Hadd u fil-Festi Pubblici f'zoni turistici. It-tibdil li qed jipproponi l-Gvern huma kif gej:-
- Maz-zoni turistici li hemm dig'� zdiedu R-RABAT, L-IMSIDA, IL-GZIRA u WIED IZ-ZURRIEQ.
- Iz-zmien tas-sajf li fih certu hwienet ser ikunu jistghu jifthu ghal-bejgh fil-Hdud u l-Festi Pubblici issa se jibda mil-1 ta' Marzu u jdum sa l-ahhar ta' Ottubru.
- Il-hinijiet tal-bejgh ghall-fini ta' pratticit'� gie estiz sas-1.00 p.m., filwaqt li ghan-negozju li jikri ingenji tal-bahar u karozzi u pleasure cruises, fejn qabel skond l-Avviz Legali kellu jibqa' miftuh sa nofsinhar nhar ta' Hadd u fil-festi, issa ser ikun jista' jibqa' miftuh sal-10.00 p.m. bhal ma jsir nhar ta' gimgha.
Ma zdied xejn ma' l-attivitajiet kummercjali li huma dig'� permessi bil-ligi li jistghu jifthu fil-Hdud u l-Btajjel Pubblici. Dawk li jistghu jifthu huma kollha kif kien dig'� awtorizzat.
Fil-fehma tieghi dan it-tibdil jista' jidher minimu izda huwa pass 'il quddiem biex ikollna legislazzjoni li ghandha tghin biex in-negozju f'zoni turistici jkun jista' jsir b'aktar kumdit'�.
Baqalna hafna x'naghmlu fl-organizzazzjoni tan-negozju. Perswaz li dan l-argument huwa kontroversjali, izda jiena nemmen li kemm-il darba nkunu lesti li nitkellmu flimkien u nispjegaw lil xulxin il-htigijiet ta' xulxin izjed inkunu kapaci naslu li jkollna ligijiet li jaghmlu sens ghan-negozju taghna.
Ghaldaqstant, nhar it-Tnejn, 14 ta'Gunju 1999, bejn is-1.00 p.m. u t-3.00 p.m ser inkun il-Ministeru tas-Servizzi Ekonomici biex niltaqa' ma' min ikun irid ikellimni u jaghmel il-kummenti tieghu fuq dan it-tibdil propost
Ghall-istess skop ser inkun prezenti f'dawn il-lokalitajiet kif gej:
- fil-Kunsill Lokali tar-Rabat nhar it-Tlieta, 15 ta' Gunju 1999, bejn is-1.00 p.m. u s-2.00 p.m.
- fil-Kunsill Lokali tal-Gzira nhar l-Erbgha, 16 ta' Gunju 1999, bejn is-1.00 p.m. u s-2.00 p.m.
- fil-Kunsill Lokali tal-Msida nhar il-Hamis, 17 ta' Gunju 1999, bejn is-1.00 p.m. u s-2.00 p.m.
F'dawn il-laqghat, specjalment ma' dawk li ghandhom il-generu ta' negozju li jista' jbiegh nhar ta' Hadd u fil-Festi Pubblici, ser inkun dispost biex nisma' ghall-idejat u l-kummenti kollha. Bil-kummenti taghkom nerga' mmur lura ghand il-Kabinett biex qabel ma tittiehed id-decizjoni finali, il-fehma taghkom tkun maghrufa.
Nemmen li flimkien nistghu nippjanaw ahjar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN