Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Korporazzjoni Enemalta dwar l-Earth Electrodes

PR0864
Date Icon 03/06/1999

F'dawn l-ahhar jiem dehru xi ittri f'sezzjoni tal-media lokali dwar l-earth electrodes. Tajjeb li wiehed ikun jaf meta jkun hemm bzonn li ssir l-earth electrode. Din l-installazzjoni hija obbligatorja f'kaz ta' bini gdid. Min-naha l-ohra, f'kaz ta' bini qadim l-installazzjoni ta' l-earth electrode hija mehtiega meta jkun hemm xi bdil ta' kanen tal-mains ta' l-ilma mill-hadid ghall-plastik.

L-Earth Electrode tifforma parti mill-installazzjoni ta' l-elettriku bl-istess mod kif il-wires, switches, u l-Earth Leakage Circuit Breakers (salvavita) jiffurmaw parti mill-istess installazzjoni. Ghal din ir-raguni, l-Earth Electrodes huma regolati bl-istess mod permezz ta' regolamenti teknici li jridu jkunu mharsa.

Huwa biss b'sistemi bhal dawn li wiehed jista' jizgura li ma jkunx qed jesponi ruhu u lil dawk ta' madwaru ghal periklu.

Kull xoghol ta' twahhil ta' earth electrode jrid isir minn electrician b'licenzja valida. Ghalhekk, il-Korporazzjoni Enemalta tirrakkomanda li f'kaz ta' xi diffikulta' jekk jista' jkun qabel ma jsir ix-xoghol, il-konsumaturi tajjeb li jitolbu lil min ikun ser jaghmel ix-xoghol biex jurihom il-licenzja tieghu. Il-licenzja ufficjali ta' l-electricians minbarra li jkollha d-dettalji personali mnizzlin fuqha, ikollha wkoll ir-ritratt tal-persuna awtorizzata.

Il-konsumaturi ghandhom dritt li jinghataw certifikat minn ghand l-electrician taghhom wara li jsir ix-xoghol. L-electricians li ghandhom licenzja valida biss jistghu johorgu dan ic-certifikat. Dan irid jinkludi l-isem u n-numru tal-licenzja ta' l-electrician.

Persuni li jaghmlu dan ix-xoghol minghajr licenzja valida jitressqu l-qorti fuq akkuzi kriminali u civili jekk jinqabdu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow