Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo dwar il-htiega li n-negozjant jaghraf jirregola lilu nnifsu

PR0855
Date Icon 02/06/1999

"Il-process tar-revizjoni tal-licenzji tan-negozju ghandu jkun process li nistennew li jwassal ghal aktar efficjenzja kemm mis-settur tan-negozju kif ukoll mid-dipartimenti tal-Gvern. Dan huwa ezercizzju li ser jipprovdi ghall-uniformita' fir-regolamenti biex ikunu jaghmlu sens." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo f'laqgha li kellu mas-self employed f'Had-Dingli organizzata mill-Kunsill Lokali bhala l-bidu ta' hidma ma' sotto kumitat ghas-settur tan-negozju.

"Bil-bdil fil-licenzji mhux qeghdin inhottu knisja u nibnu ohra izda nhottu mentalita u nibnu ohra aktar adattata ghaz-zmenijiet u l-kundizzjonijiet tal-lum. Mentalita' li toffri direzzjoni lejn suq li kapaci jaffronta l-kompetizzjoni rejali fejn kulhadd ghandu l-istess regolamenti. Is-sistema tal-licenzji proposta ser tahseb biex in-negozjant jirregola lilu nnifsu biex jipprovdi servizz ahjar u mhux infurzar pulizjesk", kompla jghid is-Segretarju Parlamentari.

"Waqt li rridu li jkun hawn izjed negozji, irridu naraw li kull min qieghed fin-negozju jkun serju u kapaci johloq il-gid. Irridu negozji li joholqu l-impjiegi u ghalhekk ghandna bzonn negozji li kapaci joholqu xoghol li ma jkunx sempliciment ripetizzjoni ta' negozju li diga ghandna izzejjed minnhom . Zieda fin-negozji f'dak is-settur ikun ifisser negozji li jistghu jizviluppaw diffikultajiet biex jaghmlu qligh xieraq," sahaq is-Sur Vassallo .

"L-Ekonomija ta' pajjiz tiehu l-hajja jekk naghtu kaz ta' negozjanti zghar li nghinuhom jkunu kapaci jikbru u joholqu il-gid . Irridu nkunu kapaci nwasslu lil min irid jidhol fin-negozju biex jaghmel negozju bil-ghaqal u li jkun kapaci jaghmel il-flus waqt li nevitaw l-overtrading li jista' jwassal ghall-falliment b'rizultat ta' decizjoni minghajr hsieb u ghaqal. Ghaldaqstant irridu nkunu kapaci naraw li jkollna negozji novattivi li jfittxu swieq godda, f'setturi godda. Ghalhekk irridu nghinu lin–negozjanti jfittxu li jippjanaw b'mod ghaqli l-azzjonijiet taghhom biex jaffrontaw kompetizzjoni kemm fis-settur taghhom stess u kemm minn setturi ohra ta' negozju" tenna s-Sur Vassallo.

"Dawn ir-regolamenti huma pass f'din id-direzzjoni" temm ighid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow