Left arrow Go Back

Celebrazzjonijiet tas-Sette Giugno f'Ghawdex

PR0847
Date Icon 01/06/1999

Il-kommemorazzjoni ufficjali f'Ghawdex tal-Jum Nazzjonali tas-"Sette Giugno" ser isir fix-Xaghra, Ghawdex, quddiem ir-residenza ta' Guzepp Bajada, wiehed mill-vittmi ta' l-irvellijiet ta' l-1919.

Din is-sena il-kommemorazzjoni ta' dan l-avveniment ser isir bil-partecipazzjoni tal-Banda Victory u l-Kor Voci Angeliche, il-banda u l-kor tax-Xaghra. Dan kien possibbli bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tax-Xaghra u l-Kumitat Celebrazzjonijiet tal-Millennju f'Ghawdex.

L-Onor Speaker Anton Tabone ser jippresedi c-cerimonja, waqt li Dr Maria Vella ser taghmel id-diskors ta' l-okkazjoni. Wara din ic-cerimonja, fit-8.00 p.m. l-Ensemble Ars Antiqua de Paris ser jaghti kuncert ta' muzika medjevali fis-Sentinella, fic-Cittadella, Victoria. Dan il-grupp ingieb fil-gzejjer Maltin mill-Alliance Francaise de Malte u se jaghti wirja f'Ghawdex fuq inizjattiva tal-Kumitat Celebrazzjonijiet tal-Millennju f'Ghawdex.

Il-pubbliku li jixtieq jattendi huwa avzat li peress li l-postijiet huma limitati huwa mehtieg booking fuq telefon 562741.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow