Left arrow Go Back

Applikazzjoni dwar il-Cruise Liner Terminal quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar

PR0843
Date Icon 01/06/1999

Il-konsorzju VISET, li fil-bidu ta' din is-sena ntagħżel biex jiżviluppa l-pro'ett ta' cruise liner passenger terminal fil-Port il-Kbir, għadu kemm issottometta applikazzjoni quddiem l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar b'konnessjoni ma' dan il-pro'ett.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu tnieda dan il-pro'ett waqt l-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni li saret mal-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, tal-Floriana u tal-Marsa, fil-preżenza tal-'urnalisti. Waqt din il-laqgħa kienu ippreżentati mudell 'did tal-pro'ett u diversi disinji u pjanti marbuta miegħu.

Il-pro'ett jinkludi mhux biss l-iżvilupp tat-terminal għall-cruise liners, iżda wkoll ir-riabilitazzjoni tal-bini tal-power station l-antika u ta' l-imħażen ta' Pinto u Forni, il-bini ta' parke'' għal aktar minn 500 vettura, il-bini ta' ċentri kummerċjali relatati u faċilitajiet oħra.

Il-cruise liner terminal, li hu disinjat lijieħu 2,000 passi''ier, se jinbena max-Xatt ta' Pinto, u se jkun jinkludi fih il-bini restawrat tal-power station l-antika li se jservi bħala post minn fejn jidħlu l-passi''ieri li jkunu se jitilgħu abbord il-vapur, u terminal modern. Barra minn hekk, se jinbena terminal ieħor għal vapuri normali tal-passi''ieri li jieħu madwar 1,000 passi''ier fis-siegħa. Dan qed ikun propost li jinbena fejn illum hemm is-sea passenger terminal.

Il-Ministru Zammit Dimech fisser li permezz ta' din l-applikazzjoni min-naħa tal-konsorzju nbeda proċess aktar wiesa' ta' konsultazzjoni pubblika.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li n-negozjati formali mal-konsorzju ilhom għaddejjin minn Frar li għadda, wara li x-xahar ta' qabel il-Gvern qabel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Valletta Cruise Terminal Development Steering Committee biex in-negozjati jsiru ma' dan il-konsorzju, li hu magħmul minn investituri Maltin u Amerikani, permezz tal-Port Developers LC, kif ukoll minn interessi Spanjoli, Franċiżi u minn Hong Kong.

Għal dan l-iskop, il-Gvern ħatar team biex jinnegozja mal-konsorzju. Dan hu presedut mill-Ministru Zammit Dimech u jinkludi fih l-Assistant Personali tal-Ministru għall-Ambjent, l-Avukat Ġenerali, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ambjent, id-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, iċ-Chairman ta' l-Awtorit'� Marittima, u rappreżentant ta' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar. F'dawn in-negozjati, il-konsorzju VISET hu rappreżentat mis-Sur Pierre Balzan-Demajo, Direttur Eżekuttiv ta' M. Demajo Holdings, u s-Sur Ben Muscat, Direttur Finanzjarju ta' AX Holdings.

Barra minn hekk twaqqfu wkoll tliet sotto-kumitati dwar materji tekniċi, legali u finanzjarji.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li punt importanti stabbilit fin-negozjati hu li l-Awtorit'� Marittima jibqa' jkollha drittijiet regolatorji fuq il-mollijiet. Barra minn hekk, il-mollijiet li m'humiex se jkunu inklużi fil-pro'ett, se jibqgħu proprjet'� tal-Gvern. Mill-pro'ett se tkun eskluża wkoll il-Kappella ta' Pinto.

Hu semma wkoll li f'Marzu li għadda, il-VISET ħa sehem b'suċċess fis-Sea Trade Convention li saret f'Miami, fl-Istati Uniti, fejn għamlu pubbliċit'� favur Malta mhux biss bħala destinazzjoni fejn isiru waqfiet waqt cruises fil-Mediterran, iżda wkoll bħala post mnejn jibdew u jintemmu l-cruise. Waqt dik il-konvenzjoni saru wkoll taħditiet pożittivi ma' diversi kumpanniji Amerikani, li wrew interess li jinkludu lil Malta fil-programmi tagħhom.

Il-Ministru għall-Ambjent irrifera wkoll għaż-żjara fl-Istati Uniti dan l-aħħar minn delegazzjoni mmexxija minnu u mill-Ministru Josef Bonnici, u semma t-taħditiet li saru f'Minneapolis, Minnesota, ma' operaturi kbar fis-settur turistiku, fosthom rappreżentanti ta' Carlson-Nielsen Group, li huma fost l-akbar operaturi fil-qasam tal-cruise liners.

Hu semma wkoll li x-xogħol fuq il-pro'ett mistenni jibda qabel tmiem din is-sena billi jibda jinbena l-ferry terminal li jkun jista' jintuza sakemm jitlesta l-cruise liner terminal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow